11.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 183/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Lulju 2008

li taħtar membru Latvjan u membru supplenti Latvjan tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/573/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Latvjan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru sar vakanti wara li skada l-mandat tas-Sur Edgars ZALĀNS. Post ta’ membru supplenti jsir vakanti wara l-ħatra tas-Sinjura Indra RASSA bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn il-persuni li ġejjin huma b’dan maħturin għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Is-Sinjura Indra RASSA, President tal-Muniċipalità Distrettwali ta’ Saldus u President tal-Muniċipalità Lokali ta’ Nīgrandes,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Janis RAŠČEVSKIS, President tal-Muniċipalità Distrettwali ta’ Jēkabpils u President tal-Muniċipalità Lokali ta’ Saukas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.