10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 181/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta' Ġunju 2008
li tabroga d-Deċiżjoni 2005/185/KE dwar l-eżistenza ta’ defeċit eċċessiv fir-Repubblika Ċeka
(2008/563/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/185/KE (1), li ssegwi rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li fir-Repubblika Ċeka kien hemm defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit ġenerali tal-gvern kien ta’ 12,9 % tal-PGD fl-2003 (5,9 % tal-PGD li jeskludi spiża maġġuri ta’ darba marbuta ma’ garanziji li ngħataw mill-Istat), ‘il fuq sew mill-valur ta’ referenza fit-Trattat ta’ 3 % tal-PGD. |
(2) |
Fil-5 ta’ Lulju 2004, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tħaffif u l-ikkjarifikar ta’ l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, indirizza rakkomandazzjoni lir-Repubblika Ċeka bl-għan li l-qagħda tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2008. Ir-rakkomandazzjoni saret pubblika. |
(3) |
Minħabba t-tbassir ta’ nfiq baġitarju eċċessiv fl-2007 u l-eċċess kontinwu ta’d-defiċit fuq il-valur ta’ referenza fl-2008, il-Kunsill adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 104(8) fl-10 ta’ Lulju 2007, ibbażata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, fejn iddikjara li l-azzjoni li qed tieħu r-Repubblika Ċeka ma kinitx tidher adegwata biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sa l-iskadenza ta’ l-2008 (3). Fl-10 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni ġdida skond l-Artikolu 104(7), ibbażata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li fiha jirrakkomanda lir-Repubblika Ċeka tikkontrolla aktar il-qagħda ħażina tal-baġit fl-2007 u jikkonferma li d-defiċit eċċessiv għandu jispiċċa sa mhux aktar tard mill-2008, bid-9 ta’ April 2008 bħala skadenza għall-awtoritajiet Ċeki biex jieħdu azzjoni effettiva. Fuq il-bażi tat-tbassir disponibbli dak iż-żmien, il-Kunsill stieden lill-awtoritajiet Ċeki biex jiżguraw titjib fil-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett tal-miżuri ta’ darba jew oħrajn temporanji) ta’ mhux inqas minn — % tal-PGD fl-2008 meta mqabbel ma’ l-2007. |
(4) |
Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata, meta, fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun ġie kkoreġut. |
(5) |
Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern u varjabbli assoċjati oħrajn darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, f’konformità ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (4). |
(6) |
Fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (l-Eurostat), skond l-Artikolu 8 g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 b’segwitu għan-notifka mir-Repubblika Ċeka qabel l-1 ta’ April 2008 u fuq it-tbassir tar-Rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
(7) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fir-Repubblika Ċeka ġie korrett u d-Deċiżjoni 2005/185/KE għandha għalhekk tiġi abrogata. |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta li l-qagħda ta’ defiċit eċċessiv fir-Repubblika Ċeka ġiet korretta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2005/185/KE hija b’dan abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.
Magħmula fil-Lussemburgu, 3 ta’ Ġunju 2008.
Ghall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(2) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).
(3) Id-Deċiżjoni 2007/640/KE (ĠU L 260, 5.10.2007, p. 13).
(4) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emenda bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).