|
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 181/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ Ġunju 2008
li tabroga d-Deċiżjoni 2005/730/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Portugall
(2008/561/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/730/KE (1), wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li kien jeżisti defiċit eċċessiv fil-Portugall. Il-Kunsill innota li d-defiċit ġenerali ppjanat tal-gvern għas-sena 2005 kien ta’ 6,2 % tal-PGD, ‘il fuq mit-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD skond it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross ġenerali tal-gvern kien mistenni li jilħaq is-66,5 % tal-PGD, ‘il fuq mis-60 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD skond it-Trattat. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Settembru 2005, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tħaffif u l-ikkjarifikar ta’ l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għamel rakkomandazzjoni indirizzata lill-Portugall bil-għan li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2008. Ir-rakkomandazzjoni kienet ġiet ippubblikata. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun, fil-fehma tal-Kunsill, ġie korrett. |
|
(4) |
Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness għat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw data dwar id-defiċits u d-dejn tal-gvern u fatturi varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (3). |
|
(5) |
Abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-Artikolu 8 g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93, wara n-notifika mill-Portugall qabel l-1 ta’ April 2008 u abbażi tat-tbassir tar-Rebbiegħa 2008 mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
|
(6) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Portugall ġie korrett u għaldaqstant id-Deċiżjoni 2005/730/KE għandha tiġi abrogata. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fil-Portugall ġiet korretta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2005/730/KE hija b’dan abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmula fil-Lussemburgu, 3 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(1) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 91.
(2) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).
(3) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).