2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta' Lulju 2008

li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/496/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tad-19 ta' Diċembru 2007,

Billi:

(1)

Tliet membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni, minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat” inħatru mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni 2006/286/KE tat-12 ta' April 2006 (2) wara rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għal terminu ta' tlett snin mis-16 ta' April 2006.

(2)

Is-sħubija ta' tnejn minn dawn il-membri spiċċat rispettivament f'Diċembru 2006 (Prof. Gianmartino Benzi) u Awwissu 2007 (Dr. Julia Dunne). Hemm bżonn, għalhekk, li jinħatru żewġ membri ġodda fil-Kumitat.

(3)

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini rrakkomandat żewġ persuni għall-ħatra.

(4)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tlett snin li jibda mit-2 ta' Lulju 2008,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Wara rakkomandazzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, il-persuni segwenti huma b’hekk maħtura membri tal-Kumitat għal terminu ta’ tlett snin mit-2 ta' Lulju 2008:

 

Dr János BORVENDÉG

 

Mr. Bruno SEPODES

Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 104, 13.4.2006, p. 54