26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

(2008/486/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta' kandidati preżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra l-veduti espressi mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel. Il-kooperazzjoni ma' l-Istati Membri hija indispensabbli wkoll.

(2)

Nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Awtorità ser itemmu l-mandat tagħhom fit-30 ta’ Ġunju 2008.

(3)

Il-kandidaturi ġew eżaminati bil-ħsieb li jinħatru seba' membri ġodda tal-Bord ta' Ġestjoni abbażi tad-dokumentazzjoni provduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-veduti espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-għola standard ta' kompetenza, firxa wiesgħa ta' ħila rilevanti, per eżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u t-tqassim ġeografiku l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Tlieta minn dawk il-membri għandu jkollhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina ta' l-ikel.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2012:

Davies, Sue (*)

Facelli, Piergiuseppe

Horst, Matthias (*)

Pogačnik, Milan

Ruprich, Jiri

Turunen, Sinikka (*)

Url, Bernhard.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).

(*)  Esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi u interessi oħrajn fil-katina ta’ l-ikel.