17.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/108


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta' Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2008/155/KE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Awstralja, il-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2466)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/449/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju f’pajjiżi terzi u l-importazzjoni minnhom ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/155/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi lista ta’ gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta’ embrijuni f’pajjiżi terzi approvati għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni ta’ bovini lejn il-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom biss jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna minn gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta’ l-embrijuni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Awstralja talbet li jitneħħa grupp wieħed mill-gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni mil-lista fir-rigward ta’ l-entrati għal dan il-pajjiż.

(3)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbu li jsiru emendi għall-entrati ta’ dawk il-pajjiżi f’dik il-lista fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni.

(4)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu pprovdew garanziji rigward il-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ikkonċernati kienu ġew uffiċċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterenarji ta’ dawk il-pajjiżi.

(5)

Id-Deċiżjoni 2008/155/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/155/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(2)   ĠU L 50, 23.2.2008, p. 51.


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/155/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0006.

(2)

ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni mill-Kanada Nru E 1159 hija mibdula b’dan li ġej:

“CA

 

E 1159

E 1719

 

Clinique vétérinaire de Saint-Georges

555, rue 130ième Est

Saint-Georges de Beauce, Québec G5Y 2T4

Dr. Michel Donnelly

Dr. Clermont Roy”

(3)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Kanada:

“CA

 

E 1596

 

Optimum Genetics Ltd

4246 Albert Street, suite 407

Regina, Saskatchewan S4S 3R9

Dr. Stan Bychawski

CA

 

E 1020

 

Progressive Dairy Techniques International Inc

1223 Cedar Creek Road, R.R. 4

Cambridge, Ontario N1R 5S5

Dr. John C.Draper

CA

 

E 1732

 

Aylmer Veterinary Clinic

421 Talbot St. West

Aylmer, Ontario N5H 1K8

Dr. James Raddatz

CA

 

E 1680

 

Oxford Bovine Veterinary Services

276311 27th Line, R.R. 3

Lakeside, Ontario, N0M 2G0

Dr. Frank Jongert”

(4)

ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 99TX104 E874 fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

99TX104

E1376

 

Ultimate Genetics/Camp Cooley

Rt 3 Box 745

Franklin, TX 77856

Dr. Dan Miller”

(5)

ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 96TX088 E928 fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

96TX088

E1376

 

Advanced Genetic Services

41402 OSR

Normangee, TX 77871

Dr. Dan Miller”

(6)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

“US

 

08TX138

E1376

 

Santa Elena Ranch

720 HWY 75 S

Madisonville, TX 77864

Dr. Dan Miller

US

 

08GA139

E795

 

Troy Yoder

5979 HWY 26

Montezuma, GA 31063

Dr. Mitchell Parks”