13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Mejju 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

(2008/438/KE, Euratom)

Il-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’ mod partikolari l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) ta’ l-istess Trattat,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fit-18 ta’ Frar 2008 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/273/KE (2).

(2)

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi temporanja sa mid-data ta’ l-adeżjoni.

(3)

Il-Protokoll għandu jkun konkluż,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

It-test tal-Protokoll jinsab anness ma’ din id-Deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jiddepożita l-istrument ta’ approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 11 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jiddeppożita dan l-istrument ta’ approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Kunsens tat-23 ta’ April 2008 (għadhu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 99, 10.4.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 99, 10.4.2008, p. 2.