|
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 153/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li taħtar membru Taljan tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/434/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010. |
|
(2) |
Post ta’ membru sar vakanti wara li skada l-mandat tas-Sur Giancarlo GABBIANELLI, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Giuseppe MICARELLI, Sindku tal-Comune di Capodimonte, huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK