11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/49

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Mejju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (titlu mhux uffiċjali)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1937)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/432/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra.

(2)

Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u t-talbiet tas-soċjetà, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra li jkollhom bżonn aġġornamenti regolari fil-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru.

(3)

Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti (3) lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għall-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam ta’ tagħmir għal meded qosra.

(4)

Fir-rapport tagħha (4) ta’ Lulju 2007 mibgħut bi tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE.

(5)

Id-Deċiżjoni 2006/771/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan.

(6)

Tagħmir li jopera skond il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1995/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat ta’ radju u ta’ terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (5) sabiex l-ispettru jkun użat b’mod effikaċi li jevita interferenza li tagħmel il-ħsara, murija jew permezz ta’ lħiq ta’ standard armonizzat jew permezz ta’ ħarsien ta’ proċeduri alternattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(7)

Il-miżuri li hemm dispożizzjonijiet għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE jinbidel bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p.1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.

(3)  Mandat Permanenti għas-CEPT dwar l-aġġornament annwali ta’ l-anness tekniku għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika ta’ spettru tar-radju għal użu ma’ Tagħmir għal Meded Qosra. (5 ta’ Lulju 2006).

(4)  RSCOM(07) 58.

(5)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

ANNESS

Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra

Tip ta’ tagħmir għal meded qosra

Medda ta' frekwenza

Limitu tal-qawwa/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (1)

Parametri addizzjonali/rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija (2)

Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (3)

Skadenza ta’ l-implimentazzjoni

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifik (4)

6 765 -6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

13,553-13,567 MHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

26,957-27,283 MHz

10 mW qawwa effettiva mogħtija (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

40,660-40,700 MHz

10 mW e.r.p.

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

433,050-434,040 (5) MHz

1 mW e.r.p.

– 13dBm/10 kHz densità tal-qawwa għal modulazzjoni ta’ bandwidth akbar minn 250 kHz

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

10 mW e.r.p.

Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

434,040-434,790 (5) MHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 100 % suġġett għal spazjar tal-kanali sa 25 kHz

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

863,000-868,000 MHz

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

868,000-868,600 (5) MHz

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

868,700-869,200 (5) MHz

869,400-869,650 (5) MHz

500 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

L-ispazjar tal-kanali għandu jkun 25 kHz, ħlief li l-medda ta’ frekwenza kollha tista’ wkoll tintuza bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

869,700-870,000 (5) MHz

5 mW e.r.p.

Applikazzjonijiet ta’ vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet ta’ awdjo u vidjow huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

2 400 -2 483,5 MHz

10 mW qawwa isotropika mogħtija ekwivalenti (e.i.r.p.)

1 ta’ Ġunju 2007

5 725 -5 875 MHz

25 mW e.i.r.p.

1 ta’ Ġunju 2007

24,150-24,250 GHz

100 mW e.i.r.p.

1 ta’ Ottubru 2008

61,0-61,5 GHz

100 mW e.i.r.p.

1 ta’ Ottubru 2008

Sistemi ta' allarm

868,600-868,700 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Il-medda kollha ta’ frekwenza tista’ tintuża wkoll bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Ċiklu ta’ ħidma (6): 1,0 %

1 ta’ Ottubru 2008

869,250-869,300 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 0,1 %

1 ta’ Ġunju 2007

869,300-869,400 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 1,0 %

1 ta’ Ottubru 2008

869,650-869,700 MHz

25 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 %

1 ta’ Ġunju 2007

Allarmi soċjali (7)

869,200-869,250 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 0,1 %

1 ta’ Ġunju 2007

Applikazzjonijiet induttivi (8)

20,050-59,750 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ġunju 2007

59,750-60,250 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ġunju 2007

60,250-70,000 kHz

69 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ġunju 2007

70-119 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ġunju 2007

119-127 kHz

66 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ġunju 2007

127-140 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

140-148,5 kHz

37.7 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

148,5-5 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu

– 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz

Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija -5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz

1 ta’ Ottubru 2008

400-600 kHz

– 8 dBμA/m f’10 metri

Hija permessa biss l-applikazzjoni RFID (9)

1 ta’ Ottubru 2008

3 155 -3 400 kHz

13.5 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

5 000 -30 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu:

– 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz

Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija – 5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz

1 ta’ Ottubru 2008

6 765 -6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ġunju 2007

7 400 -8 800 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

10 200 -11 000 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

13 553 -13 567 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ġunju 2007

60 dBμA/m f’10 metri

Huma permessi biss l-applikazzjonijiet RFID (9) u EAS (10)

1 ta’ Ottubru 2008

26 957 -27 283 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

1 ta’ Ottubru 2008

Implantazzjonijiet Mediċi Attivi (11)

9-315 kHz

30 dBμA/m f’10m

Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 %

1 ta’ Ottubru 2008

402-405 MHz

25 μW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Restrizzjoni oħra fuq tqassim ta’ kanali: trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu kanali ma’ ġenbhom għal bandwidth usa’ b’tekniki ta’ taffija avvanzati li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE

1 ta’ Ottubru 2008

Applikazzjonijiet awdjo bla wires  (12)

87,5-108,0 MHz

50 nW e.r.p.

L-ispazjar ta’ kanali sa 200 kHz

1 ta’ Ottubru 2008

863-865 MHz

10 mW e.r.p.

1 ta’ Ġunju 2007

(1)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa mogħtija f'din it-tabella. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas ristrettivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta' spettru b'qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll dawn il-‘parametri addizzjonali / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija', u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-parametri / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija f’kaxxa tat-tabella waħda jew jippermettu valuri ogħla.

(3)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-“restrizzjonijiet oħra fuq l-użu”, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.

(4)  Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet tekniċi (użi tipiċi huma telemetrija, telekmnand, allarmi, dejta in ġenerali u applikazzjoni simili oħra).

(5)  Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ kundizzjonijiet għall-użu alternattivi kollha possibbli

(6)  “Ċiklu ta’ ħidma” jfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta l-apparat qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-“Ċiklu ta’ ħidma”.

(7)  Tagħmir ta’ allarmi soċjali jintużaw biex jgħinu nies anzjani jew b’inkapaċità meta jkunu f’periklu.

(8)  Din il-kategorija tkopri, pereżempju, tagħmir biex il-karozzi ma jitħarkux, identifikazzjoni ta' annimali, sistemi ta' allarmi, detezzjoni ta' cable, ġestjoni ta' skart, identifikazzjoni personali, konnessjonijiet tal-vuċi bla wires, kontroll ta' aċċess, sensuri ta' prossimità, sistemi kontra s-serq, inkluż sistemi RF induttivi kontra s-serq, trasferiment ta' dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, identifikazzjoni awtomatika ta’ oġġetti, sistemi ta’ kontroll bla wires u nollijiet tat-toroq awtomatiċi.

(9)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID).

(10)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għas-Sorveljanza Elettronika ta’ Oġġetti (EAS).

(11)  Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju ta’ tagħmir implantabbli mediku attiv, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u periferali oħrajn (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(12)  Applikazzjonijiet għal sistemi ta’ awdjo bla wires, inkluż: lawdspijkers bla wires; headphones bla wires; headphones bla wires biex jinġarru, bħal CD, casette jew tagħmir tar-radju li jinġarru fuq persuna; headphones bla wire għall-użu f’vettura, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna, għall-użu f’kunċerti u produzzjonijiet oħra tal-palk.