7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 149/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ April 2008
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/420/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2003 sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi qbil Komunitarju. |
(2) |
F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru, hawn aktar 'il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, f'konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi qbil Komunitarju. |
(3) |
Il-ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b’mod proviżorju, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f'isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim.
It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat proviżorjament mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim.
Magħmula fi Luxembourgu, 7 ta’ April 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŽERJAV
7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 149/65 |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
in-naħa waħda, u
IL-GVERN TA’ L-AWSTRALJA,
min-naħa l-oħra
(minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”)
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali li bosta Stati Membri daħlu fihom ma’ pajjiżi terzi huma inkompatibbli mal-liġi Komunitarja Ewropea;
FILWAQT LI JINNUTAW li numru ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja li fihom dispożizzjonijiet simili u li hemm obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jeliminaw l-inkompatibbilitajiet bejn tali ftehim u t-Trattat tal-KE;
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklużiva fir-rigward ta’ numru ta’ aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi;
FILWAQT LI JINNUTAW li, taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea, kumpaniji ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess non-diskriminatorju għal rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu għall-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu bi proprjeta kumpaniji ta’ l-ajru liċenzjati f’konformità mal-liġi Komunitarja Ewropea;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Komunità Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja ser tipprovdi bażi legali soda għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja u tħares il-kontinwità ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn;
FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja, li mhumiex inkonsistenti mal-liġi tal-Komunità Ewropea, m’ għandhomx bżonn jiġu emendati jew sostitwiti;
FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex l-għan tal-Komunità Ewropea f’dan il-Ftehim li żżid il-volum totali tat-traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, li taffettwa l-bilanċ bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta’ l-ajru ta’ l-Awstralja, jew li tegħleb l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta’ l-ajru fir-rigward ta’ drittijiet tat-traffiku,
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. “Parti Kontraenti” għandha tfisser parti kontraenti għal dan il-Ftehim; “parti” għandha tfisser il-parti kontraenti għall-Ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru rilevanti; “kumpanija ta’ l-ajru” għandha tfisser ukoll linja ta’ l-ajru; “it-territorju tal-Komunità Ewropea” għandha tfisser it-territorji ta’ l-Istati Membri li għalihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea japplika.
2. Referenzi f’kull wieħed mill-Ftehim elenkat fl-Anness I għal ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Referenzi f’kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għal kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala li jirreferu għal kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru nominata minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Għażla, Awtorizzazzjoni u Revoka
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jegħlbu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għażla tal-kumpaniji ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mill-Awstralja, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jegħlbu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għażla ta’ kumpaniji ta’ l-ajru mill-Awstralja, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament.
3. Mal-wasla ta’ tali għażla, jew ta’ applikazzjonijiet mill-kumpanija/i ta’ l-ajru nominata, fil-forma u l-mod preskritti għall-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim u l-permessi tekniċi, kull parti għandha, soġġetta għall-paragrafi 4 u 5 tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adatti b’dewmien proċedurali minimu, dment li:
(a) |
fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata minn Stat Membru:
|
(b) |
fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata mill-Awstralja:
|
4. Kull waħda mill-partijiet tista’ tiċħad, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjoni ta’ l-operat jew il-permessi tekniċi ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata mill-parti l-oħra meta:
(a) |
fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata minn Stat Membru:
|
(b) |
fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata mill-Awstralja:
|
5. Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt il-paragrafu 4, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha taħt il-paragrafu 4(a) (v) u (vi) ta’ dan l-Artikolu, l-Awstralja m’ għandhiex tiddiskrimina bejn kumpaniji ta’ l-ajru ta’ Stati Membri fuq il-bażi ta’ ċittadinanza.
Artikolu 3
Drittijiet fir-rigward ta’ kontroll regolatorju
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).
2. Fejn Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) ikun għażel kumpanija ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha hu eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor (it-tieni wieħed), id-drittijiet ta’ l-Awstralja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ftehim bejn l-ewwel Stat Membru li jkun għażel il-kumpanija ta’ l-ajru u l-Awstralja għandhom japplikaw indaqs fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ standards ta’ sigurtà minn dak it-tieni Stat Membru u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dik il-kumpanija ta’ l-ajru.
Artikolu 4
Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).
2. It-tariffi li jridu jiġu imposti mill-kumpanija/i ta’ l-ajru nominata/i mill-Awstralja taħt Ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II (d) għat-trasport li jseħħ kollu kemm hu fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.
Artikolu 5
Annessi għall-Ftehim
L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.
Artikolu 6
Reviżjoni jew emenda
Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew mitmuma.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
3. Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Awstralja li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandhu japplika għall-Ftehim u l-arranġamenti kollha ta’ dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.
Artikolu 8
Tmiem
1. Fil-każ li Ftehim elenkat fl-Anness I jintemm, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-Ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat ser jintemmu fl-istess ħin.
2. Fil-każ li l-Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jintemmu, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.
B’HIEDA TA’ DAN, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, f’żewġ kopji, fid-disgħa u għoxrin jum ta’ April tas-sena elfejn u tmienja bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża. Fil-każ ta’ diverġenza t-test Ingliż għandu jipprevali fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За правителството на Австралия
Por el Gobierno de Australia
Za vládu Austrálie
For Australiens regering
Für die Regierung Australiens
Austraalia valitsuse nimel
Για την Κυβέρνηση της Αυστραλίας
For the Government of Australia
Pour le gouvernement d'Australie
Per il governo d'Australia
Austrālijas valdības vārdā
Australijos Vyriausybės vardu
Ausztrália kormánya részéről
Għall-Gvern ta' l-Awstralja
Voor de Regering van Australië
W imieniu Rządu Australii
Pelo Governo da Austrália
Pentru Guvernul Australiei
Za vládu Austrálie
Za vlado Avstralije
Australian hallituksen puolesta
För Australiens regering
ANNESS I
Lista tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament:
|
(b) |
Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament. |
ANNESS II
Lista ta’ artikoli fil-Ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla:
|
(b) |
Ċaħda, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:
|
(ċ) |
Kontroll regolatorju:
|
(d) |
Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea:
|
(1) L-Artikolu 2 (2) ta’ dan il-Ftehim ma japplikax għal dawn id-disposizzjonijiet.
ANNESS III
Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea). |
(b) |
Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea). |
(ċ) |
Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea). |
(d) |
Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru). |