|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta' Mejju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjun amministrattiv fl-Italja huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1876)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/404/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4) u l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista' jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina u mill-lewkożi bovina enżootika rigward merħliet bovini suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2). |
|
(3) |
L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċji kollha tar-Reġjun tal-Veneto sabiex dan ir-reġjun jista' jitqies reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina ta' l-Italja. |
|
(4) |
Wara valutazzjoni ta' din id-dokumentazzjoni, dan ir-reġjun ta' l-Italja għandu jiġi rikonoxxut bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina ta' dan l-Istat Membru. |
|
(5) |
Il-Polonja ressqet ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward żewġ reġjuni amministrattivi (powiaty) fi ħdan l-unità amministrattiva superjuri (Voivodship) ta' Małopolskie, sabiex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina tal-Polonja. |
|
(6) |
Wara l-valutazzjoni ta' din id-dokumentazzjoni, dawn ir-reġjuni (powiaty) tal-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina ta' dan l-Istat Membru. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/234/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 58).
ANNESS
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU 2 Reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi Fl-Italja:
|
|
(2) |
Fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness III, it-tieni paragrafu li jikkonċerna l-Polonja jinbidel b'dan li ġej: “Fil-Polonja:
|