28.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' April 2008

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni fuq tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u fuq l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1656)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/392/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u partikolarment l-Artikolu 59(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula r-rekwiżiti ta’ saħħa li jridu jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali ta’ l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u miżuri preventivi minimi intiżi li jkabbru l-kuxjenza u jippreparaw lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u oħrajn relatati ma’ din l-industrija, għall-mard f’annimali ta’ l-akkwakultura.

(2)

Sabiex tissaħħaħ il-prevenzjoni ta’ preżenza u tixrid tal-mard imniżżel fl-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, l-informazzjoni fuq in-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar, speċjalment fuq l-ispeċi miżmuma u l-istat ta’ saħħithom, għandha ssir disponibbli elettronikament mill-Istati Membri.

(3)

Id-data bħalissa hi disponibbli għall-pubbliku fir-reġistri miżmuma mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' l-informazzjoni u l-użu tal-proċeduri b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri, u sabiex tiġi żgurata trasparenza u ċarezza, huwa importanti li l-informazzjoni fuq in-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar tiġi ppreżentata b'mod uniformi madwar il-Komunità. Paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet hija, teknikament, l-iktar soluzzjoni fattibbli, minħabba li tiżgura aċċess faċli għal informazzjoni bħal din u ma tinvolvix wisq riżorsi. Għaldaqstant, irid jitfassal mudell ta’ kif se tkun imqassma din il-paġna ta' informazzjoni fuq l-Internet.

(5)

L-Anness II tad-Direttiva 2006/88/KE jistabbilixxi l-informazzjoni li jeħtieġ tidher fir-reġistru tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar. Minħabba li l-għan tal-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet hu li tiffaċilita l-interoperabbiltà ta’ l-informazzjoni rilevanti mniżżla fir-reġistri tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura stabbilita mill-Istati Membri, il-websajt mhux bilfors għandha tinkludi dik l-informazzjoni kollha. Madankollu għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li hi rilevanti biex jiġu identifikati kwalunkwe restrizzjonijiet fil-kummerċ ikkawżati mill-istat differenti ta’ saħħa.

(6)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistpula li, permezz ta’ deroga mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni mniżżel f’dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu biss ir-reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ stallazzjonijiet oħra minbarra n-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura fejn l-annimali akkwatiċi jinżammu mingħajr il-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li jaqdu lill-konsumaturi lokali.

(7)

Ir-riskju ta’ tixrid tal-mard ta’ annimali akkwatiċi li jġibu magħhom l-istallazzjonijiet, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, huma reġistrati mill-awtorità kompetenti, ivarja skond in-natura, il-karatteristiċi u l-lokazzjoni tagħhom. L-Istati Membri, għalhekk, għandhom jiddeċiedu dwar sa liema punt għandha tiġi inkluża fil-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet l-informazzjoni dwar l-istallazzjonijiet, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura.

(8)

Minħabba li għandu jingħata żmien biżżejjed lill-Istati Membri biex jikkompletaw il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet bl-informazzjoni rilevanti fuq in-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar, għandu jiġi stipulat li l-informazzjoni trid tkun disponibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2009.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistipula regoli fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni fuq negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u fuq l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar, skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-installazzjonijiet, iż-żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u n-negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/88/KE huma reġistrati mill-awtorità kompetenti bi qbil ma’ l-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet

1.   L-Istati Membri jridu jistabbilixxu paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet (“il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet” biex tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti ta’ l-akkwakultura jew dwar iż-żoni ta’ kultivazzjoni tal-molluski tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar li huma awtorizzati bi qbil ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, każ b’każ, dwar liema installazzjonijiet, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(2), għandhom ikunu mniżżla fil-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet, filwaqt li jqisu r-riskju ta’ tixrid ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ installazzjonijiet, industriji u negozji bħal dawn, skond in-natura, il-karatteristiċi u l-lokazzjoni tagħhom.

2.   Il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandha titfassal mill-Istati Membri b’konformità mal-mudelli stipulati fl-Annessi li ġejjin:

(a)

L-Anness I għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jikkultivaw il-ħut;

(b)

L-Anness II għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jikkultivaw il-molluski;

(ċ)

L-Anness III għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jikkultivaw il-krustaċji;

(d)

L-Anness IV għall-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar li joqtlu l-annimali ta’ l-akkwakultura għal raġunijiet ta’ kontroll ta’ mard, li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu l-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet aġġornata sabiex din tkun tikkorrispondi ma’ l-informazzjoni inkluża fir-reġistru li jinżamm skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/88/KE.

Il-bidliet fl-istat ta’ saħħa għandhom jiddaħħlu fil-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet appena l-istat ta’ saħħa reġistrat jinbidel.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizz ta’ l-Internet tal-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Id-data ta' l-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2008.

Madankollu, il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandha tiġi kompletata bl-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(2) u fl-Annessi I sa IV sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2009.

Artikolu 4

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.


ANNESS I

MUDELL GĦAN-NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA LI JIKKULTIVAW IL-ĦUT

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(a))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

Stabbiliment 1

Stabbiliment 2

1.

Negozju tal-Produzzjoni ta’ l-Akkwakultura

1.1.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.1.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

1.2.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.2.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

2.

In-numru ta' reġistrazzjoni

(għal kull stabbiliment)

2.1.

 

2.2.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

(għal kull stabbiliment)

3.1.

 

3.2.

 

4.

L-ispeċi kkultivati (1)

(għal kull stabbiliment u b’relazzjoni mas-suxxettabbiltà tiegħu għal ċertu mard)

4.1.1.

Settiċemija emoraġika virali

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.4.

Anemija tas-salamun infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.1.

Settiċemija emoraġika virali

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.4.

Anemija tas-salamun infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

5.

L-istat ta’ saħħa rikonoxxut

(għal kull stabbiliment) (2)

5.1.1.

Settiċemija emoraġika virali

5.1.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.1.4.

Oħrajn

5.1.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

5.1.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.2.4.

Oħrajn

5.1.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

5.1.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.3.4.

Oħrajn

5.1.4.

Anemija tas-salamun infettiva

5.1.4.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.4.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.4.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.4.4.

Oħrajn

5.1.5.

Nekrosi infettiva tal-pankreas (3)

5.1.5.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.5.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.5.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.5.4.

Oħrajn

5.1.6.

Gyrodactylus salaris  (3)

5.1.6.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.6.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.6.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.6.4.

Oħrajn

5.1.7.

Mard ta’ bacteria fil-kliewi (3)

5.1.7.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.7.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.7.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.7.4.

Oħrajn

5.1.8.

Mard ieħor (4)

5.1.8.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.8.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.8.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.8.4.

Oħrajn

5.2.1.

Settiċemija emoraġika virali

5.2.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.1.4.

Oħrajn

5.2.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

5.2.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.2.4.

Oħrajn

5.2.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

5.2.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.3.4.

Oħrajn

5.2.4.

Anemija tas-salamun infettiva

5.2.4.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.4.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.4.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.4.4.

Oħrajn

5.2.5.

Nekrosi infettuża tal-pankreas (3)

5.2.5.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.5.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.5.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.5.4.

Oħrajn

5.2.6.

Gyrodactylus salaris  (3)

5.2.6.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.6.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.6.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.6.4.

Oħrajn

5.2.7.

Mard ta’ bacteria fil-kliewi (3)

5.2.7.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.7.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.7.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.7.4.

Oħrajn

5.2.8.

Mard ieħor (4)

5.2.8.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.8.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.8.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.8.4.

Oħrajn

6.

Tip ta’ stabbiliment

(għal kull stabbiliment) (5)

6.1.1.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma baħar

6.1.2.

Vaski ta’ l-ilma baħar

6.1.3.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma baħar

6.1.4.

B’sistema magħluqa fl-ilma baħar (riċirkolazzjoni)

6.1.5.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma ħelu

6.1.6.

Vaski ta’ l-ilma ħelu

6.1.7.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma ħelu

6.1.8.

B’sistema magħluqa fl-ilma ħelu (riċirkolazzjoni)

6.1.9.

Faċilità ta’ riċerka

6.1.10.

Faċilità ta’ kwarantina

6.1.11.

Oħrajn

6.2.1.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma baħar

6.2.2.

Vaski ta’ l-ilma baħar

6.2.3.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma ħelu

6.2.4.

B’sistema magħluqa fl-ilma baħar (riċirkolazzjoni)

6.2.5.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma ħelu

6.2.6.

Vaski ta’ l-ilma ħelu

6.2.7.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma ħelu

6.2.8.

B’sistema magħluqa fl-ilma ħelu (riċirkolazzjoni)

6.2.9.

Faċilità ta’ riċerka

6.2.10.

Faċilità ta’ kwarantina

6.2.11.

Oħrajn

7.

Produzzjoni ta’ l-istabbiliment

(għal kull stabbiliment) (5)

7.1.1.

Mafqas

7.1.2.

Nursery

7.1.3.

Stokk riproduttiv

7.1.4.

Tkabbir għall-konsum uman

7.1.5.

Żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment

7.1.6.

Oħrajn

7.2.1.

Mafqas

7.2.2.

Nursery

7.2.3.

Stokk riproduttiv

7.2.4.

Tkabbir għall-konsum uman

7.2.5.

Żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment

7.2.6.

Oħrajn


(1)  Speċi li huma suxxettibbli u dawk l-organiżmi li jġorru l-marda huma mniżżla fl-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(2)  Uża l-kaxxa “oħrajn” jekk l-istabbilimenti jaqgħu taħt programm ta’ eradikazzjoni jew taħt miżuri ta’ kontroll skond it-taqsimiet 3, 4, 5 jew 6 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

(3)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti mniżżla fl-Anness I jew II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE (ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5) fir-rigward ta’ dik il-marda.

(4)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti b’miżuri approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(5)  Jistgħu jiġu ttikkjati żewġ kaxex jew aktar.


ANNESS II

MUDELL GĦAN-NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA LI JIKKULTIVAW IL-MOLLUSKI

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(b))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

Stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni 1

Stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni 2

1.

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

1.1.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

1.1.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

1.2.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

Stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

1.2.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

2.

In-numru ta' reġistrazzjoni

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

2.1.

 

2.2.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

3.1.

 

3.2.

 

4.

L-ispeċi kkultivati (1)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni u b’relazzjoni mas-suxxettabbiltà tiegħu għal ċertu mard)

4.1.1.

Marteillia refringens

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.2.

Bonamia ostrea

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.1.

Marteillia refringens

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.2.

Bonamia ostrea

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

5.

L-istat ta’ saħħa rikonoxxut (2)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

5.1.1.

Marteillia refringens

5.1.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.1.4.

Oħrajn

5.1.2.

Bonamia ostrea

5.1.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.2.4.

Oħrajn

5.1.3.

Mard ieħor (3)

5.1.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.3.4.

Oħrajn

5.2.1.

Marteillia refringens

5.2.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.1.4.

Oħrajn

5.2.2.

Bonamia ostrea

5.2.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.2.4.

Oħrajn

5.2.3.

Mard ieħor (3)

5.2.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.3.4.

Oħrajn

6.

Tip ta’ stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni (4)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

6.1.1.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema miftuħa

6.1.2.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema magħluqa (riċirkolazzjoni)

6.1.3.

Ċentru ta’ dispaċċ, ċentru ta’ purifikazzjoni

6.1.4.

Żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

6.1.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.1.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.1.7.

Oħrajn

6.2.1.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema miftuħa

6.2.2.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema magħluqa

6.2.3.

Ċentru ta’ dispaċċ, ċentru ta’ purifikazzjoni

6.2.4.

Żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

6.2.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.2.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.2.7.

Oħrajn

7.

Produzzjoni ta’ l-istabbiliment jew taż-żona tal-kultivazzjoni (4)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

7.1.1.

Mafqas

7.1.2.

Nursery

7.1.3.

Tkabbir

7.1.4.

Oħrajn

7.2.1.

Mafqas

7.2.2.

Nursery

7.2.3.

Tkabbir

7.2.4.

Oħrajn


(1)  Speċi li huma suxxettibbli u dawk organiżmi li jġorru l-marda huma mniżżla f'Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE.

(2)  Uża l-kaxxa “oħrajn” jekk l-istabbiliment jew iż-żona ta’ kultivazzjoni jaqgħu taħt programm ta’ eradikazzjoni jew taħt miżuri ta’ kontroll skond it-taqsimiet 3, 4, 5 jew 6 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

(3)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti b’miżuri approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)  Jistgħu jiġu ttikkjati żewġ kaxex jew aktar.


ANNESS III

MUDELL GĦAN-NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA LI JIKKULTIVAW IL-KRUSTAĊJI

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(c))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

Stabbiliment 1

Stabbiliment 2

1.

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

1.1.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.1.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

1.2.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.2.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

2.

In-numru ta' reġistrazzjoni

(għal kull stabbiliment)

2.1.

 

2.2.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

(għal kull stabbiliment)

3.1.

 

3.2.

 

4.

L-ispeċi kkultivati (1)

(għal kull stabbiliment u b’relazzjoni mas-suxxettabbiltà tiegħu għal ċertu mard)

4.1.1.

Il-marda tal-white spot

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.1.

Il-marda tal-white spot

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

5.

L-istat ta’ saħħa rikonoxxut

(għal kull stabbiliment) (2)

5.1.1.

Il-marda tal-white spot

5.1.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.1.4.

Oħrajn

5.1.2.

Mard ieħor (3)

5.1.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.2.4.

Oħrajn

5.2.1.

Il-marda tal-white spot

5.2.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.1.4.

Oħrajn

5.2.2.

Mard ieħor (3)

5.2.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.2.4.

Oħrajn

6.

Tip ta’ stabbiliment (4)

(għal kull stabbiliment)

6.1.1.

Laguna/magħlaq/gaġeġ

6.1.2.

Vaski fuq l-art

6.1.3.

Tankijiet/korsi

6.1.4.

B’sistema magħluqa fuq l-art (riċirkolazzjoni)

6.1.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.1.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.1.7.

Oħrajn

6.2.1.

Laguna/magħlaq/gaġeġ

6.2.2.

Vaski fuq l-art

6.2.3.

Tankijiet/korsi

6.2.4.

B’sistema magħluqa fuq l-art (riċirkolazzjoni)

6.2.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.2.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.2.7.

Oħrajn

7.

Produzzjoni ta’ l-istabbiliment (4)

(għal kull stabbiliment)

7.1.1.

Mafqas

7.1.2.

Nursery

7.1.3.

Tkabbir

7.1.4.

Oħrajn

7.2.1.

Mafqas

7.2.2.

Nursery

7.2.3.

Tkabbir

7.2.4.

Oħrajn


(1)  Speċi li huma suxxettibbli u dawk organiżmi li jġorru l-marda huma mniżżla f'Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(2)  Uża l-kaxxa “oħrajn” jekk l-istabbilimenti jaqgħu taħt programm ta’ eradikazzjoni jew taħt miżuri ta’ kontroll skond it-taqsimiet 3, 4, 5 jew 6 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

(3)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti b’miżuri approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)  Jistgħu jiġu ttikkjati żewġ kaxex jew aktar.


ANNESS IV

MUDELL GĦALL-ISTABBILIMENTI AWTORIZZATI TA’ L-IPPROĊESSAR LI JOQTLU L-ANNIMALI TA’ L-AKKWAKULTURA GĦAL RAĠUNIJIET TA’ KONTROLL TA’ MARD, LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 4(2) TAD-DIRETTIVA 2006/88/KE.

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(d))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

 

1.

L-istabbiliment ta' l-ipproċessar

1.1.1.

Isem

1.1.2.

Indirizz jew lokazzjoni

2.

In-numru tar-reġistrazzjoni

2.1.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

3.1.

 

4.

L-ispeċi pproċessati

4.1.1.

Ħut

4.1.2.

Molluski

4.1.3.

Krustaċji

5.

Tip ta’ sistema ta’ tferrigħ ta’ ilma