24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 136/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-24 ta’ Jannar 2008
li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet taċ-ċomb u l-kadmju
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 268)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/385/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjonijiet ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/95/KE lill-Kummissjoni tobbligaha li tivvaluta ċerti sustanzi perikolużi li huma pprojbiti skond l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Ċerti materjali u komponenti li fihom iċ-ċomb u l-kadmju għandhom ikunu eżenti mill-projbizzjoni, minħabba li l-użu ta' dawn is-sustanzi ta' periklu f'dawk il-materjali u komponenti speċifiċi għadha inevitabbli. Is-sostituzzjoni tal-legi tal-kadmju fit-transducers għad mhijiex fattibbli. Lampi tal-pannelli ċatti mingħajr il-merkurju għad mhumiex disponibbli, u lanqas ma huma disponibbli sostituti fattibbli għall-ossidu taċ-ċomb fit-tubi tal-laser ta' l-argon u l-kripton. |
(3) |
Id-Direttiva 2002/95/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(4) |
Skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati rilevanti. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/692/KE (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 50).
(2) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
ANNESS
Fl-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE, għandhom jiżdiedu l-punti 30, 31 u 32 li ġejjin:
“30. |
Legi tal-kadmju użati bħala stann fis-saldjar ta' kondutturi elettriċi li jinsabu direttament fuq il-kojl tal-vuċi fi transducers użati fi spikers qawwija b'livelli ta' pressjoni ta' ħoss ta' 100 dB (A) jew aktar. |
31. |
Ċomb f'materjali ta' l-istann f'lampi fluworexxenti ċatti mingħajr il-merkurju (li pereżempju jintużaw għalskrins tal-kristalli likwidi, id-disinn jew fid-dawl industrijali). |
32. |
Ossidu taċ-ċomb fit-taħlit imdewweb ta' l-issiġillar (seal frit) użat fil-manufattura ta' mmuntar tat-twieqi għat-tubi tal-laser ta' l-argon u l-kripton.” |