17.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 129/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Frar 2008

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji

(2008/372/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu b’rabta ma’ l-ewwel u t-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Ġunju 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju ma’ Iżrael dwar Ftehim Qafas dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji.

(2)

Dawn in-negozjati ġew konklużi għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

(3)

It-test tal-Protokoll innegozjat ma’ l-Istat ta’ Iżrael jipprovdi, fl-Artikolu 10, għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll qabel ma jidħol fis-seħħ.

(4)

Bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u għandu jiġi applikat provviżorjament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropea u l-Istati Membri tagħhom u l-Istat ta’ Iżrael, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael dwar l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament mid-data meta jiġi ffirmat, bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK



17.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 129/40


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra, dwar qafas ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael dwar l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat Iżrael fil-programmi Komunitarji

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

min-naħa l-waħda,

u

L-ISTAT TA’ L-IŻRAEL, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Iżrael”,

min-naħa l-oħra

Billi:

(1)

L-Iżrael daħal fi Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra (1).

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tas-17/18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għal Politika Ewropea dwar il-Viċinat (ENP – European Neighbourhood Policy) u aċċetta l-konklużjonijiet irrelatati tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2004.

(3)

F’bosta okkażjonijiet oħrajn, il-Kunsill adotta konklużjonijiet favur din il-politika.

(4)

Il-Kunsill, fil-5 ta’ Marzu 2007, esprima appoġġ għall-istrateġija ġenerali u globali deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006, sabiex l-isħab ta’ l-ENP jipparteċipaw fl-aġenzi Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti tagħhom u fejn hekk jippermettu l-bażijiet legali.

(5)

L-Iżrael esprima x-xewqa li jipparteċipa f’għadd ta’ programmi Komunitarji.

(6)

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi, inklużi l-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ rapportar u ta’ l-evalwazzjoni, dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżrael f’kull programm partikolari għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, u l-Iżrael,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Iżrael għandu jitħalla jipparteċipa fil-programmi Komunitarji kurrenti u futuri kollha miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ l-Iżrael skond id-dispożizzjonijiet li jadottaw dawn il-programmi.

Artikolu 2

L-Iżrael għandu jikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi li fihom jipparteċipa l-Iżrael.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti ta’ l-Iżrael għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jikkonċernaw lill-Iżrael, fil-kumitati tal-ġestjoni responsabbli li jimmonitorjaw il- programmi li l-Iżrael jikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.

Artikolu 4

Il-proġetti u l-inizzjattivi sottomessi mill-parteċipanti mill-Iżrael għandhom, sa fejn possibbli, ikunu soġġetti għall-istess kondizzjonijiet, regoli u proċeduri dwar il-programmi konċernati kif inhuma applikati għall-Istat Membri.

Artikolu 5

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżrael f’kull programm, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri tar-rapportar u ta’ l-evalwazzjoni, għandhom ikunu ddeterminati bi ftehim bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżrael (Memorandum ta’ Ftehim).

Jekk l-Iżrael japplika għall-assistenza esterna Komunitarja biex jipparteċipa fi programm partikolari Komunitarju fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (2) jew skond kwalunkwe Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna Komunitarja lill-Iżrael li tista’ tiġi adottata fil-futur, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Iżrael ta’ l-assistenza Komunitarja għandhom jiġu ddeterminati minn ftehim dwar l-iffinanzjar.

Artikolu 6

Kull Memorandum ta’ Ftehim għandu jistipula, skond ir-Regolament Finanzjarju tal-Komunità, li l-kontroll finanzjarju tal-verifiki jitwettaq minn, jew taħt l-awtorità tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti ta’ l-Awdituri.

Għandu jkun hemm provvediment dettaljat għall-kontroll finanzjarju u l-verifika, għall-miżuri amministrattivi, għall-penali u għall-irkupru li jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-OLAF u lill-Qorti ta’ l-Awdituri jingħataw is-setgħat ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward ta’ benefiċjarji jew kuntratturi stabbiliti fil-Komunità.

Artikolu 7

Dan il-Qafas ta’ Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) għandu jgħodd għall-perjodu li matulu jkun fis-seħħ il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra.

Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Komunità u mill-Iżrael skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

Kull Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja dan il-Protokoll b’notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jiġi mitmum sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, u wara kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet Kontraenti jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq il-bażi tal-parteċipazzjoni attwali ta’ l-Iżrael fi programm Komunitarju wieħed jew aktar.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu jgħodd, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta’ l-Iżrael.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fihom il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex jidħol fis-seħħ.

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li, irrispettivament mit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom, se japplikaw provviżorjament id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll mid-data meta jiġi ffirmat, bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll huwa magħmul f’żewġ oriġinali f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet Kuntraenti.

Kull waħda mil-lingwi tat-testijiet hija awtentika indaqs.

Artikolu 12

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra.

Съставено в Брюксел на петнадесетия ден от месец април две хиляди и осма година.

Hecho en Bruselas, el quince de abril de dos mil ocho.

V Bruselu dne patnáctého dubna dva tisíce osm.

Udfærdiget i Bruxelles, den femtende april to tusind og otte.

Geschehen zu Brüssel am fünfzehnten April zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta aprillikuu viieteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Brussels on the fifteenth day of April in the year two thousand and eight, which corresponds to the tenth day of Av in the year five thousand seven hundred and sixty eight in the Hebrew calendar.

Fait à Bruxelles, le quinze avril deux mille huit.

Fatto a Bruxelles, addì quindici aprile duemilaotto.

Briselē, divtūkstoš astotā gada piecpadsmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų balandžio penkioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év április havának tizenötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħmistax-il jum ta' April tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Brussel, de vijftiende april tweeduizend acht.

Sporządzono w Brukseli, dnia piętnastego kwietnia roku dwa tysiące ósmego.

Feito em Bruxelas, em quinze de Abril de dois mil e oito.

Adoptat la Bruxelles, cincisprezece aprilie două mii opt.

V Bruseli dňa pätnásteho apríla dvetisícosem.

V Bruslju, dne petnajstega aprila leta dva tisoč osem.

Tehty Brysselissä viidentenätoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Bryssel den femtonde april tjugohundraåtta.

Image

За Европейската общнoст

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Image

За държавата Израел

Por el Estado de Israel

Za Stát Izrael

For Staten Israel

Für den Staat Israel

Iisraeli Riigi nimel

Για το Κράτος του Ισραήλ

For the State of Israel

Pour l'État d'Israël

Per lo Stato di Israele

Izraēlas Valsts vārdā

Izraelio Valstybės vardu

Izrael Állam részéről

Għall-Istat ta' l-Iżrael

Voor de staat Israël

W imieniu państwa Izrael

Pelo Estado de Israel

Pentru Statul Israel

Za Izraelský štát

Za Državo Izrael

Israelin valtion puolesta

För Staten Israel

Image

Image


(1)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.