16.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/8


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2008

li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda fir-rigward tal-qafas finanzjarju plurijennali

(2008/371/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 48 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bħala riżultat tad-dewmien fl-adozzjoni ta’ xi programmi operattivi ta’ l-intestaturi 1b u 2, EUR 2 034 miljun ta’ l-allokazzjoni prevista fil-Fondi Strutturali, għall-Fond ta’ Koeżjoni, ta’ l-Iżvilupp Rurali u għall-Fond Ewropew għas-Sajd ma setgħux jiġu impenjati fis-sena 2007 u lanqas jiġu trasferiti għas-sena 2008. Taħt il-paragrafu 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali, dan l-ammont għandu jiġi trasferit għas-snin finanzjarji ta’ wara billi jiżdiedu l-limiti ta’ l-infiq korrispondenti għall-approprijazzjonijiet ta’ impenn.

(2)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda għalhekk għandha tiġi emendata (2),

KIEN DEĊIŻ KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda huwa ssostitwit mill-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ April 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

(2)  Għal dan l-iskop, iċ-ċifri bil-prezzijiet attwali huma maqluba għall-prezzijiet ta’ l-2004.


ANNESS

Qafas finanzjarju 2007-2013

(EUR miljuni – prezzijiet kostanti ta’ l-2004)

Approprijazzjonijiet ta’ impenn

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total 2007-2013

1.

Tkabbir sostenibbli

50 865

53 262

54 071

54 860

55 400

56 866

58 256

383 580

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u għall-Impjieġ

8 404

9 595

10 209

11 000

11 306

12 122

12 914

75 550

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u għall-Impjieg

42 461

43 667

43 862

43 860

44 094

44 744

45 342

308 030

2.

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

51 962

54 685

54 017

53 379

52 528

51 901

51 284

369 756

li minnhom: infiq relatat mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a

Libertà, sigurtà u ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala parteċipanta globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni  (1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.

Kumpensazzjonijiet

419

191

190

 

 

 

 

800

Total approprjazzjonijiet ta’ impenn

117 277

122 683

123 370

123 862

124 167

125 643

127 167

864 169

bħala persentaġġ tal-GNI

1,08  %

1,09  %

1,07  %

1,05  %

1,03  %

1,02  %

1,01  %

1,048  %

Total approprjazzjonijiet ta’ ħlas

115 142

119 805

112 182

118 549

116 178

119 659

119 161

820 676

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06  %

1,06  %

0,97  %

1,00  %

0,97  %

0,97  %

0,95  %

1,00  %

Marġni disponibbli

0,18  %

0,18  %

0,27  %

0,24  %

0,27  %

0,27  %

0,29  %

0,24  %

Limitu tar-Riżorsi Proprji bħala persentaġġ tal-GNI

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %


(1)  In-nefqa għall-pensjonijiet inkluża taħt din l-intestatura hija kkalkulata b’mod nett mill-kontribuzzjonijiet ta’ l-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta’ EUR 500 miljun bil-prezzijiet ta’ l-2004 għall-perjodu 2007-2013.