1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 117/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ April 2008

dwar ir-regoli ta’ l-Ingilterra, Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja li jikkonċernaw l-eżenzjonijiet tal-permess għal impriżi u stabbilimenti li jiġbru lura skart perikoluż skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1212)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/350/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 fuq skart perikoluż (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tagħha,

Billi:

1.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET NAZZJONALI NOTIFIKATI

(1)

Permezz tan-notifiki tat-13 ta’ Settembru 2005, it-18 ta’ Jannar 2006, it-3 u l-4 ta’ Awissu 2006 u s-6 ta’ Diċembru 2006, ir-Renju Unit bagħat lill-Kummissjoni l-bidliet proposti għall-eżenzjonijiet ta’ liċenzjar eżistenti dwar il-ġestjoni ta’ l-iskart li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskart perikoluż fl-Ingilterra, Wales, u l-Iskozja stabbiliti fl-Iskeda 3 (Attivitajiet Eżentati mil-Liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart) tar-Regolamenti tal-Liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart ta’ l-1994 (Strument Statutorju (SS) Nru 1056/1994, kif emendat).

(2)

Ir-Renju Unit innotifika biss il-paragrafi 17(1), 18(1), 38, 39(1) u (2), 43, 45(1) u (2), 47A(2) u 48A(2) ta’ l-Abbozz tar-Regolamenti ta’ l-2006 ta’ l-Eżenzjonijiet tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart (Emendi u Dispożizzjonijiet Relatati) (l-Ingilterra u Wales) li jikkonċernaw l-iskart perikoluż. Għall-Irlanda ta’ Fuq ġew notifikati l-paragrafi 49-51 ta’ l-Anness A sa Skeda A sa Skeda 2 (Eżenzjonijiet mil-Liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart) tar-Regolamenti ta’ l-2003 tal-Liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart (l-Irlanda ta’ Fuq). Għall-kuntrarju l-Iskozja nnotifikat l-eżenzjonijiet ta’ permess li jirregolaw l-iskart perikoluż u mhux perikoluż flimkien (il-paragrafi 3(a)(ii), 3(c), 6(1) u (2), 17(1), 18(2)(a) u (b), 28, 36(1) sa (3), 38, 39(1) u (2), 43(1) sa (3), 45(1) u (2), 47(2) u 48(2) ta’ l-Abbozz tar-Regolamenti ta’ l-2006 li Jemendaw il-Liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart (l-Iskozja).

2.   IL-VALUTAZZJONI

(3)

Fir-rigward tal-konformità ma’ l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/689/KEE, l-eżenzjonijiet notifikati li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskart perikoluż fl-Ingilterra, Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja effettivament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. L-abbozzi notifikati jelenkaw it-tipi u l-kwantitajiet massimi ta’ skart perikoluż, u jippreskrivu r-rekwiżiti ulterjuri relatati mat-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ ħażna. It-tipoloġija ta’ l-iskart involut hija identifikata kif xieraq skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta’ skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (2).

(4)

Il-paragrafu 38 ta’ l-abbozzi notifikati, li jkopri l-ħażna ta’ l-iskart li jkun qed jiġi ttestjat biex tkun stabbilita klassifikazzjoni tiegħu u biex ikun żgurat li jiġi trattat bl-aħjar mod, ma jinkludix ir-referenza xierqa skond id-Deċiżjoni 2000/532/KE. Il-Kummissjoni, madankollu, aċċettat din l-eċċezzjoni peress li l-ittestjar u l-analiżi ta’ l-iskart hija neċessarja biex ikunu żgurati l-karatteristiċi ta’ xi skart, inkluż jekk dan ikunx perikoluż jew mhux perikoluż. Għalhekk ir-referenza korretta ta’ l-iskart tista’ tiġi assenjata biss wara l-ittestjar u wara li l-iskart ikun trattat b’mod xieraq. L-eżenzjoni ma testendix għal kwalunkwe trattament ta’ l-iskart li jkun se jiġi regolat taħt awtorizzazzjoni separata ta’ l-iskart.

(5)

Il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li fir-rigward ta’ l-eżenzjonijiet notifikati, il-limiti provduti għall-kontenut ta’ sustanzi perikolużi fl-iskart u l-valuri limiti ta’ emissjonijiet ikunu sproporzjonati. Il-Kummissjoni tqis li, bit-twettiq tar-rekwiżiti l-oħra elenkati fl-Artikolu 3(2) u 3(3) tad-Direttiva 91/689/KEE, il-ġestjoni ta’ l-iskart eżentat tkun żgurata b’mod sodisfaċenti skond l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 91/689/KEE.

(6)

Fir-rigward tal-kundizzjoni fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/689/KEE li tikkonċerna l-konformità tat-tipi jew il-kwantitajiet ta’ skart u l-metodi ta’ ġbir lura mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (3), il-paragrafu 4(1) (a) ta’ l-Iskeda 4 sa l-SS Nru 1056/1994 jidduplika r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/12/KE. Il-kundizzjoni ta’ l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/689/KEE hija, għalhekk, sodisfatta.

(7)

Ir-Regolament 18(1) tal-SS Nru 1056/1994 jipprovdi li huwa reat li stabbiliment jew impriża jwettqu attività ta’ eżenzjoni li tinvolvi l-ġbir lura jew id-disponiment ta’ skart mingħajr ma’ dawn ikunu reġistrati ma’ l-awtorità ta’ reġistrazzjoni xierqa. Għalhekk ir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni li jinsab fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 91/689/KEE huwa sodisfatt permezz ta’ dik id-dispożizzjoni.

(8)

Il-Kummissjoni kkonsultat l-Istati Membri sabiex tkun taf l-opinjonijiet tagħhom dwar il-konformità ta’ l-eżenzjonijiet notifikati ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/689/KEE. Matul il-fażi ta’ konsultazzjoni, l-ebda Stat Membru ma oġġezzjona għall-aċċettazzjoni tar-regoli abbozzati.

3.   IL-KONKLUŻJONI

(9)

Fid-dawl tal-konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, u fid-dawl ta’ l-analiżi tagħha stess li r-regoli abbozzati huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/689/KEE, għandu għalhekk isir ftehim fuq dawn ir-regoli abbozzati.

(10)

L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jipprovdi sommarju tar-regoli notifikati mir-Renju Unit li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 91/689/KEE flimkien ma’ l-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2006/12/KE. Dan il-ftehim huwa relatat b’mod esklussiv għad-dispożizzjonijiet skond kif imqassar fl-Anness u huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra li jinsabu fid-Direttivi 2006/12/KE u 91/689/KEE jew leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità għar-Regolamenti notifikati.

(11)

Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regoli dwar eżenzjonijiet tal-permess li jikkonċernaw il-ġbir lura ta’ skart perikoluż stabbiliti fl-abbozz tar-Regolamenti ta’ l-2006 dwar l-Eżenzjonijiet mil-Liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart (Emendi u Dispożizzjonijiet Relatati) (l-Ingilterra u Wales), fir-Regolamenti ta’ l-2006 dwar l-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (Liċenzjar ta’ Ġestjoni ta’ l-Iskart) (l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Regolamenti ta’ l-2006 li Jemendaw il-Liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart (l-Iskozja), notifikati mir-Renju Unit u elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konformi ma’ l-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 91/689/KEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 166/2006 (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE (ĠU L 203, 28.7.2001, p. 18).

(3)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


L-ANNESS

Ir-regoli nnotifikati mir-Renju Unit u meqjusa mill-Kummissjoni bħala konformi ma’ l-Artikolu 3(2) sa (4) tad-Direttiva 91/689/KEE flimkien ma’ l-Artikolu 11(1) (b) tad-Direttiva 2006/12/KE

1.   Ir-Regolamenti ta’ l-2006 dwar l-Eżenzjonijiet mill-Ġestjoni ta’ l-Iskart (Emendi u dispożizzjonijiet relatati) (l-Ingilterra u Wales)

Dispożizzjoni

Tip ta’ skart, inkluż il-kodiċi

Tip ta’ attività (1)

Il-limitu tal-valuri

Rekwiżiti oħra (mhux elenku esklussiv)

Paragrafu 17(1)

14 06 01*  (2)

Il-ħażna

Kwantità massima maħżuna f’darba waħda: 18-il tunnellata

Kwantità massima maħżuna f’darba waħda: 18-il tunnellata Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 6 xhur

Il-ħażna għandha ssir fuq superfiċje impermeabbli, u ssiġġillata f’kontenituri li minnhom ma jqattar xejn.

Meta maħżun fil-post, l-iskart għandu jinżamm separat.

14 06 02* , 14 06 03* , 20 01 13*

Il-ħażna

Kwantità massima maħżuna f’darba waħda: 5 metri kubi

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 6 xhur

20 01 27* Żebgħa (minbarra żebgħa speċjalizzata u industrijali, is-sustanza użata biex tippreserva l-injam, iż-żebgħa ta’ l-ajrusol u ta’ l-isprej, il-linka, l-adesivi u r-reżina) skond jekk tintużax mill-ġdid bħala żebgħa).

Il-ħażna

Kwantità massima maħżuna f’darba waħda: 10 000 litru.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 6 xhur

17 02 04* (Injam inkluż arbli tat-telegrafu u railway sleepers)

Il-ħażna

Kwantità massima maħżuna f’darba waħda: 100 tunnellata

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: sena

Il-ħażna għandha ssir fuq superfiċje impermeabbli.

Meta maħżun fil-post, l-iskart għandu jinżamm separat.

Paragrafu 18(1)

13 01 09* sa 13 07 01* għajr 13 03 01* sa 13 03 10* u 13 05 01* sa 13 05 08*

Il-ħażna

Kapaċità massima ta’ ħażna tal-kontenitur: 3 metri kubi, mhux iktar minn 20 kontenitur fil-post

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: sena

L-iskart jinħażen f’kontenituri siguri f’distanza ta’ mhux inqas minn 10 metri minn kwalunkwe baħar intern jew kostali jew inqas minn 50 metru minn kwalunkwe bir, borehole jew xogħol simili mgħaddas fl-istrata ta’ taħt l-art għall-fini ta’ kwalunkwe forniment ta’ ilma.

Meta maħżun fil-post, l-iskart għandu jinżamm separat.

20 01 33* (Ġbir isseparat jew imħallat ta’ batteriji, batteriji li jinkludu batteriji perikolużi)

Il-ħażna

Kapaċità massima ta’ ħażna tal-kontenitur: 400 metru kubu

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: sena

Meta maħżun f’kontenituri siguri fil-post, l-iskart għandu jinżamm separat.

Paragrafu 38

Kampjuni ta’ skart (inkluż kampjuni ta’ skart perikoluż) li jridu jiġu soġġetti għall-ittestjar u l-analiżi

Il-ħażna

Limitu massimu ta’ ħażna: 10 tunnellati

 

Paragrafu 39(1)

Mediċini inklużi f’18 01 08* u 20 01 31* u siringi ipodermiċi inklużi f’18 01 03*

Il-ħażna fi spiżerija (rritornati mir-residenzi jew mill-individwi)

Kwantità massima maħżuna f’darba waħda: 5 metri kubi

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 6 xhur

Dan l-iskart jinħażen separatament f’kontenituri siguri.

Paragrafu 39(2)

Siringi ipodermiċi u labar tal-ħjata b’ponta rqiqa ħafna inklużi f’18 01 03* u 18 02 02*

Skart ġenerali marbut mal-kura tas-saħħa (għajr siringi ipodermiċi u labar tal-ħjata b’ponta rqiqa ħafna) inkluż f’18 01 03* u 18 02 02

Mediċini inklużi f’18 01 08* , 18 02 07* u 20 01 31*

Il-ħażna fil-post ta’ prattika medika, infermiera jew veterinarja li tkun prodotta fit-twettiq ta’ dik il-prattika

Kwantità massima maħżuna f’darba waħda: 5 metri kubi.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

L-iskart jinħażen f’kontenituri siguri

Paragrafu 43(1) u (3)

Skart ta’ bozoz ta’ disċarġ ta’ gass inkluż tubi fluworexxenti (fi ħdan il-kodiċi 20 01 21* )

It-tkissir għall-iskop ta’ tnaqqis ta’ volum qabel jinġabru

Kwantità massima ta’ bozoz ipproċessati fi kwalunkwe perjodu ta’ 24 siegħa: 3 tunnellati.

Konċentrazzjoni massima ta’ merkurju fl-emissjonijiet: 50 μg/metri kubi.

L-operazzjoni ta’ tkissir titwettaq f’apparat maħsub għall-iskop ta’ tnaqqis ta’ volum qabel il-ġbir.

L-operazzjoni ta’ tkissir issir biss għal dak l-iskop.

Paragrafu 43(2) u (4)

Skart ta’ bozoz ta’ disċarġ ta’ gass inkluż tubi fluworexxenti fi ħdan il-kodiċi 20 01 21*

Il-ħażna qabel it-tkissir jew il-ħażna wara t-tkissir iżda qabel il-ġbir.

Konċentrazzjoni ta’ merkurju f’emissjonijiet ≤ 50 μg/m33

Il-ħażna tal-bozoz qabel it-tkissir hija koperta minn ilqugħ reżistenti għat-temp b’mod konformi mal-paragrafu 1 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2002/96/KE dwar l-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) (3). Il-ħażna wara t-tkissir ssir f’kontenitur sigur.

Paragrafu 45(1)

Batteriji ta’ l-aċidu taċ-ċomb li jintużaw fil-vetturi inklużi f’16 06 01* kemm jekk jiffurmaw parti minn, jew jekk jinsabu, f’vettura

Klassifikazzjoni fi gruppi

Limitu massimu: 20 tunnellata/7 ijiem

L-iskart jinħażen fi kwalunkwe post sigur maħsub jew adattat għall-irkupru ta’ metall skreppjat jew għaż-żarmar ta’ vetturi skartati; kull parti tal-post li fuqu titwettaq l-attività għandu jkun hemm superfiċje ta’ pavimentar impermeabbli pprovdut b’sistema siġillata ta’ drenaġġ u l-impjant jew it-tagħmir użat għat-twettiq ta’ din l-attività għandu jkun miżmum b’tali mod li jaħdem b’mod raġonevoli

Paragrafu 45(2)

Batteriji ta’ l-aċidu taċ-ċomb li jintużaw fil-vetturi inklużi f’16 06 01* kemm jekk jiffurmaw parti minn, jew jekk jinsabu, f’vettura

Il-ħażna

40 tunnellata/12-il xahar

L-iskart jinħażen separatament jew jinżamm f’kontenituri separati fi kwalunkwe post sigur.

Kull kontenitur li fih jinħażen, jinżamm fuq paviment impermeabbli li jkun ipprovdut b’sistema siġillata ta’ drenaġġ.

F’każ li titwassal kunsinna li tkun tikkonsisti f’iktar minn tip wieħed ta’ skart f’dak il-post, din tista’ tinħażen f’dak il-post b’mod mhux separat soġġetta għal klassifikazzjoni fi gruppi għal perjodu li ma jaqbiżx ix-xahrejn.

L-għoli ta’ kwalunkwe munzell ta’ skart m’għandux jaqbeż il-5 metri.

Paragrafu 49

16 02 11* , 20 01 23*

Trattament (tiswija u/jew rikondizzjonament) u ħażna fejn l-attività titwettaq fuq kwalunkwe tali WEEE maħsub biex ikun imressaq għat-tiswija jew ir-rikondizzjonament jew it-tnejn

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu

Limitu tat-trattament: 5 tunnellati/jum

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

L-iskart jinħażen u ttrattat b’mod li jevita r-rilaxx ta’ CFCs, HCFCs jew HFCs

16 02 13* , 20 01 35*

Trattament (tiswija u/jew rikondizzjonament) u ħażna fejn l-attività titwettaq fuq kwalunkwe tali WEEE maħsub biex ikun imressaq għat-tiswija jew ir-rikondizzjonament jew it-tnejn

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu

Limitu tat-trattament: 5 tunnellati/jum

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

 

Paragrafu 50

16 02 11* , 20 01 23*

Il-ħażna

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

Il-ħażna trid issir fuq superfiċje impermeabbli fi ħdan kontenitur sigur jew f’post sigur.

Għandu jintuża lqugħ reżistenti għat-temp.

Dan l-iskart għandu jinħażen b’tali mod li jkun evitat ir-rilaxx ta’ CFC, HCFC u HFC; l-għadd ta’ unitajiet f’kull munzell m’għandux jaqbeż it-2; l-għoli totali ta’ kull munzell m’għandux jaqbeż it-3.5 metri

16 02 13* , 20 01 35*

Il-ħażna

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

Il-ħażna trid issir fuq superfiċje impermeabbli fi ħdan kontenitur sigur jew f’post sigur.

Għandu jintuża lqugħ reżistenti għat-temp.

20 01 21*

Il-ħażna

Limitu tal-ħażna: 50 metru kubu.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

Il-ħażna trid issir f’kontenituri xierqa li minnhom ma jqattar xejn fi kwalunkwe post sigur; għandu jintuża lqugħ reżistenti għat-temp.

Dan it-tip ta’ skart għandu jinħażen b’tali mod li l-ħġieġ ma jinkisirx.


2.   Ir-Regolamenti ta’ l-2006 li jemendaw il-liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart (l-Iskozja)

Dispożizzjoni

Tip ta’ skart, inkluż il-kodiċi

Tip ta’ attività

Il-limitu tal-valuri

Rekwiżiti oħra

Paragrafu 3(a) (ii)

13 01 09* sa 13 01 13* , 13 02 04* sa 13 02 08* , 13 03 06* sa 13 03 10* , 13 04 01* sa 13 04 03* , 13 07 01* sa 13 07 03*

Il-ħruq bħala fjuwil

 

Hija meħtieġa awtorizzazzjoni mogħtija skond il-parti I ta’ l-Att ta’ l-1990 jew permess mogħti skond ir-Regolamenti ta’ l-2000 u konformità mar-Regolamenti ta’ l-2003 dwar il-Ħruq ta’ l-Iskart (l-Iskozja)

Paragrafu 3(c)

13 01 09* sa 13 01 13* , 13 02 04* sa 13 02 08* , 13 03 06* sa 13 03 10* , 13 04 01* sa 13 04 03* , 13 07 01* sa 13 07 03*

Il-ħażna (fil-post fejn ikun prodott)

Limitu tal-ħażna: 23 000 litru

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

 

Paragrafu 6(1)

13 01 09* sa 13 01 13* , 13 02 04* sa 13 02 08* , 13 03 06* sa 13 03 10* , 13 04 01* sa 13 04 03* , 13 07 01* sa 13 07 03*

Il-ħruq bħala fjuwil f’magna ta’ ajruplan, hovercraft, vettura li titmexxa mekkanikament, vettura ferrovjarja, vapur jew bastiment ieħor

L-ammont totali ta’ tali skart maħruq m’għandux jaqbeż l-2 500 litru/siegħa fi kwalunkwe magna

 

6(2)

13 01 09* sa 13 01 13* , 13 02 04* sa 13 02 08* , 13 03 06* sa 13 03 10* , 13 04 01* sa 13 04 03* , 13 07 01* sa 13 07 03*

Il-ħażna ta’ skart ta’ żejt maħsub biex ikun maħruq skond il-paragrafu 6(1)

23 000 litru

 

Paragrafu 17(1)

Solventi li jaqgħu taħt il-kodiċi 14 06 02* , 14 06 03* u 20 01 13* , batteriji li jaqgħu taħt il-kodiċi 20 01 33*

Il-ħażna

Kwantità totali massima: 5 metri kubi

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

Meta maħżun, l-iskart irid jinżamm f’imkien fis-sigur fil-post stess.

Sustanzi li jkessħu u jiffriżaw u aloni fi ħdan il-kodiċi 14 06 01* (kloroflworokarburi, HCFC u HFC)

Il-ħażna

Kwantità totali massima: 18-il tunnellata

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

Paragrafu 18(2)(a)

Batteriji taħt il-kodiċi 20 01 33*

Il-ħażna

Il-kapaċità ta’ ħażna tal-kontenitur(i) użat(i) għall-ħażna tiegħu m’għandiex taqbeż l-400 metru kubu bħala total.

Ma għandhomx jinħażnu iktar minn 20 kontenitur f’dak il-post.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikun evitat li joħroġ xi żejt fl-art jew fid-drenaġġ. Meta jinħażen, l-iskart irid jinżamm separat.

Paragrafu 18(2)(b)

13 01 09* sa 13 01 13* , 13 02 04* sa 13 02 08* , 13 03 06* sa 13 03 10* , 13 04 01* sa 13 04 03* , 13 07 01* sa 13 07 03*

Il-ħażna

Il-kapaċità ta’ ħażna tal-kontenitur(i) użat(i) għall-ħażna tiegħu m’għandhiex taqbeż it-3 metri kubi bħala total.

M’għandhomx jinħażnu iktar minn 20 kontenitur f’dak il-post.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikun evitat li joħroġ xi żejt fl-art jew fid-drenaġġ.

Meta jinħażen, l-iskart irid jinżamm separat.

Paragrafu 28

18 01 03* , 18 01 06* , 18 01 08* , 18 01 10*

L-użu ta’ awtoklavi biex ikun sterilizzat l-iskart fil-post fejn ikun prodott l-iskart

Kapaċità massima ta’ l-awtoklavi: 3 metri kubi, kwantità massima ta’ skart sterilizzata f’post wieħed fi kwalunkwe xahar tas-sena: 100 tunnellata

L-awtoklavi huma akkreditati mill-Aġenzija Regolatorja tal-Prodotti Mediċinali u tal-Kura tas-Saħħa

Paragrafu 36(1) u (2)

Skart għajr il-ħasil ta’ tankijiet: 15 02 02* , 16 02 09* sa 16 02 13* , 16 02 15* , 16 04 03* , 16 05 04* , 16 06 01* sa 16 06 03* , 16 06 06* , 18 01 03* , 18 01 06* , 18 01 08* , 20 01 13* , 20 01 21* , 20 01 23* , 20 01 26* , 20 01 27* , 20 01 29* , 20 01 31* , 20 01 33* , 20 01 35* , 20 01 37*

Il-ħażna f’faċilitajiet li jilqgħu l-iskart ipprovduti fi ħdan żona ta’ port, fejn ħażna bħal din tkun inċidentali għall-ġbir jew it-trasport ta’ l-iskart

Kapaċità massima ta’ ħażna f’darba waħda: 20 metru kubu kull bastiment

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 7 ijiem

 

Paragrafu 36(1) u (3)

Il-ħasil ta’ tankijiet: 13 01 09* sa 13 01 13* , 13 02 04* sa 13 02 08* , 13 03 06* sa 13 03 10* , 13 04 01* sa 13 04 03* , 13 07 01* sa 13 07 03* , 13 08 01* , 13 08 02* , 13 08 99* , 16 07 08* , 16 07 09* , 16 10 01* u 16 10 03*

Il-ħażna f’faċilitajiet li jilqgħu l-iskart ipprovduti fi ħdan żona ta’ port, fejn ħażna bħal din tkun inċidentali għall-ġbir jew it-trasport ta’ l-iskart

L-ammont ta’ ħasil ta’ tankijiet li jikkonsisti minn saborra maħmuġa m’għandux jaqbeż it-30 % tal-piż mejjet tal-bastimenti.

L-ammont ta’ ħasil ta’ tankijiet li jikkonsisti minn taħlit li jinkludi ż-żejt m’għandux jaqbeż il-1 % tal-piż mejjet tal-bastimenti.

 

Paragrafu 38

Kampjuni ta’ skart perikoluż (inkluż il-ħażna temporanja ta’ WEEE soġġett għall-ġbir lura tiegħu) li qed jiġu jew ikunu se jiġu soġġetti għall-ittestjar u għall-analiżi

Il-ħażna fi kwlaunkwe post fejn ikunu qed jiġu jew ikunu se jiġu ttestjati jew analizzati

Limitu massimu ta’ ħażna: 10 tunnellati

 

Paragrafu 39(1)

16 02 09* , 16 02 10* , 16 02 11* , 16 02 12* , 16 02 13* , 16 02 15* , 16 06 01* , 16 06 02* , 16 06 03* , 18 01 03* , 18 01 08* , 18 02 02* , 18 02 07* , 20 01 31* , 20 01 33* , 20 01 35*

Il-ħażna fi spiżerija jew fil-bini ta’ prattika medika, infermiera jew veterinarja jew kwalunkwe skambju awtorizzat ta’ labar, li jkunu ġew irritornati f’dawk il-postijiet minn djar residenzjali jew tal-kura, minn residenzi jew individwi.

Kapaċità massima ta’ ħażna: 10 metri kubi

Ammont massimu rritornat għal kull 24 siegħa: 5 kg/5 l

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

 

Paragrafu 39(2)

16 02 09* , 16 02 10* , 16 02 11* , 16 02 12* , 16 02 13* , 16 02 15* , 16 06 01* , 16 06 02* , 16 06 03* , 18 01 03* , 18 01 08* , 18 02 02* , 18 02 07* , 20 01 31* , 20 01 33* , 20 01 35

Il-ħażna fil-bini ta’ prattika medika, infermiera jew veterinarja ta’ l-iskart prodotta fit-twettiq ta’ dik il-prattika

Kapaċità massima ta’ ħażna: 10 metri kubi

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

 

Paragrafu 43(1) u (3)

Skart ta’ bozoz ta’ disċarġ ta’ gass inkluż tubi fluworexxenti (fi ħdan il-kodiċi 20 01 21* )

It-tkissir għall-iskop ta’ tnaqqis ta’ volum qabel il-ġbir

Kwantità massima ta’ bozoz ipproċessati fi kwalunkwe perjodu ta’ 24 siegħa: 3 tunnellati

Konċentrazzjoni massima ta’ merkurju fl-emissjonijiet: 50 μg/metru kubu

L-operazzjoni ta’ tkissir titwettaq f’apparat maħsub għall-iskop ta’ tnaqqis ta’ volum qabel il-ġbir.

L-operazzjoni ta’ tkissir titwettaq biss għal dak l-iskop.

Paragrafu 43(2) u (3)

Skart ta’ bozoz ta’ disċarġ ta’ gass inkluż tubi fluworexxenti fi ħdan il-kodiċi 20 01 21*

Il-ħażna qabel it-tkissir jew il-ħażna wara t-tkissir iżda qabel il-ġbir

Konċentrazzjoni ta’ merkurju fl-emissjonijiet ≤ 50 μg/m3

Il-ħażna tal-bozoz qabel it-tkissir hija koperta minn ilqugħ reżistenti għat-temp b’mod konformi mal-paragrafu 1 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2002/96/KE dwar l-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) (4). Il-ħażna wara t-tkissir trid tkun f’kontenitur sigur.

Paragrafu 45(1)

Batteriji ta’ l-aċidu taċ-ċomb li jintużaw fil-vetturi (fi ħdan il-kategorija 16 06 01* tal-Katalogu Ewropew ta’ l-Iskart) li ma jiffurmawx parti minn, u lanqas jinsabu, f’vettura

Klassifikazzjoni fi gruppi

Kapaċità massima: 20 tunnellata/7 ijiem.

Il-post ikollu superfiċje ta’ paviment impermeabbli li jkun ipprovdut b’sistema siġillata ta’ drenaġġ.

L-impjant jew it-tagħmir użat għat-twettiq ta’ din l-attività għandu jkun miżmum b’tali mod li jaħdem b’mod raġonevoli.

Paragraph 45(2)

Batteriji ta’ l-aċidu taċ-ċomb li jintużaw fil-vetturi (fi ħdan il-kategorija 16 06 01* tal-Katalogu Ewropew ta’ l-Iskart) li ma jiffurmawx parti minn, u lanqas jinsabu, f’vettura

Il-ħażna fi kwalunkwe post maħsub jew adattat għall-irkupru ta’ metall skreppjat jew għaż-żarmar ta’ vetturi skartati

Kapaċità massima ta’ ħażna: 40 tunnellata

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

L-għoli ta’ kwalunkwe munzell ta’ skart m’għandux jaqbeż il-5 metri

L-iskart jinħażen f’kontenituri siguri, fejn xieraq, fuq paviment impermeabbli pprovdut b’sistema siġillata ta’ drenaġġ.

Paragrafu 47(2)

16 02 11* u 20 01 23*

Trattament (tiswija u/jew rikondizzjonament) ħażna inċidentali

Limitu ta’ ħażna (jew jistenna t-tiswija jew ir-rikondizzjonament jew maħżun wara tali trattament): 80 metru kubu

Limiti ta’ trattament: 5 tunnellati għal kull ġurnata.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

L-attività titwettaq primarjament bil-ħsieb ta’ l-użu mill-ġdid tal-WEEE għall-iskop oriġinali tiegħu, fi kwalunkwe post sigur.

L-iskart jinħażen b’tali mod li l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ bi ħsieb ambjentali ma jkunx imfixkel.

Meta titwettaq l-attività għandhom jintużaw l-aħjar tekniċi ta’ trattament, ta’ irkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli.

L-iskart jinħażen b’tali mod li jevita r-rilaxx ta’ CFCs, HCFCs jew HFCs.

16 02 13* u 20 01 35*

Trattament (tiswija u/jew rikondizzjonament) ħażna inċidentali

Limitu ta’ ħażna (jew jistenna t-tiswija jew ir-rikondizzjonament jew maħżun wara tali trattament): 80 metru kubu

Limiti ta’ trattament: 5 tunnellati għal kull ġurnata.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

L-attività titwettaq primarjament bil-ħsieb ta’ l-użu mill-ġdid tal-WEEE għall-iskop oriġinali tiegħu, fi kwalunkwe post sigur.

L-iskart jinħażen b’tali mod li l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ bi ħsieb ambjentali ma jkunx imfixkel.

Meta titwettaq l-attività għandhom jintużaw l-aħjar tekniċi ta’ trattament, ta’ irkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli.

Paragrafu 48(2)

16 02 11* , 20 01 23*

Il-ħażna

Limitu ta’ ħażna: 80 metru kubu

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur. L-għoli totali ta’ kwalunkwe munzell m’għandux jaqbeż iż-2 unitajiet jew it-3.5 m, skond liema jkun l-inqas

L-iskart jinħażen b’tali mod li jevita li jkun hemm rilaxx ta’ CFC, HCFC u HFC fuq superfiċje impermeabbli fi ħdan maħżen li jkun sigur.

L-iskart jinħażen b’tali mod li l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ bi ħsieb ambjentali ma jkunx imfixkel.

L-ilqugħ reżistenti għat-temp għal WEEE maħżun huwa meħtieġ.

16 02 13* u 20 01 35*

Il-ħażna

Limitu ta’ ħażna: 80 metru kubu

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

Il-WEE jinħażen fuq superfiċje impermeabbli fi ħdan maħżen li jkun sigur. L-ilqugħ reżistenti għat-temp għal WEEE maħżun huwa meħtieġ.

L-iskart jinħażen b’tali mod li l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ bi ħsieb ambjentali ma jkunx imfixkel.

20 01 21*

Il-ħażna

Kwantità massima: 50 metru kubu

Tul ta’ żmien massimu: 3 xhur

L-iskart jinħażen fi kwalunkwe post sigur b’tali mod li l-ħġieġ ma jinkisirx.

L-iskart jinħażen b’tali mod li l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ bi ħsieb ambjentali ma jkunx imfixkel


3.   L-Eżenzjonijiet proposti għal operazzjonijiet li jinvolvu WEEE (tagħmir elettriku u elettroniku) li għandhom jiżdiedu ma’ l-iskeda 2 tar-Regolamenti ta’ l-2003 tal-liċenzjar tal-Ġestjoni ta’ l-Iskart (l-Irlanda ta’ fuq)

Dispożizzjoni

Tip ta’ skart, inkluż il-kodiċi

Tip ta’ attività (5)

Il-limitu tal-valuri

Rekwiżiti oħra (mhux elenku esklussiv)

Paragrafu 49

16 02 11* , 20 01 23*

It-trattament (tiswija u/jew rikondizzjonament), li iżda ma jinkludix it-tneħħija ta’ gass żejjed u l-ġbir ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, u l-ħażna fejn l-attività titwettaq fuq xi WEEE maħsub biex jitressaq għat-tiswija jew għar-rikondizzjonament jew għat-tnejn

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu

Limitu tat-trattament: 5 tunnellati għal kull ġurnata

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

L-iskart jinħażen u ttrattat b’tali mod li jkun evitat ir-rilaxx ta’ CFCs, HCFCs jew HFCs

16 02 13* , 20 01 35*

It-trattament (tiswija u/jew rikondizzjonament), li iżda ma jinkludix it-tneħħija ta’ gass żejjed u l-ġbir ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, u l-ħażna fejn l-attività titwettaq fuq xi WEEE maħsub biex jitressaq għat-tiswija jew għar-rikondizzjonament jew għat-tnejn,

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu

Limitu tat-trattament: 5 tunnellati għal kull ġurnata

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 12-il xahar

 

Paragrafu 50

16 02 11* , 20 01 23*

Il-ħażna

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

Il-ħażna għandha ssir fuq superfiċje impermeabbli.

Għandu jintuża lqugħ reżistenti għat-temp.

Dan l-iskart għandu jinħażen b’tali mod li jkun evitat ir-rilaxx ta’ CFC, HCFC u HFC; in-numru ta’ unitajiet fi kwalunkwe munzell m’għandux jaqbeż it-2; l-għoli totali ta’ kwalunkwe munzell m’għandux jaqbeż it-3.5 metri.

16 02 13* , 20 01 35*

Il-ħażna

Limitu tal-ħażna: 80 metru kubu.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

Il-ħażna għandha ssir fuq superfiċje impermeabbli.

Għandha tintuża kopertura li tirreżisti għall-maltemp.

20 01 21*

Il-ħażna

Limitu tal-ħażna: 50 metru kubu.

Tul ta’ żmien massimu tal-ħażna: 3 xhur

Il-ħażna għandha ssir f’kontenituri xierqa u siguri.

Għandu jintuża lqugħ reżistenti għat-temp.

Dan it-tip ta’ skart għandu jinħażen b’tali mod li l-ħġieġ ma jinkisirx.

Paragrafu 51

20 01 21*

It-tkissir għall-iskop tat-tnaqqis tal-volum qabel il-ġbir

Kwantità totali ta’ bozoz ipproċessati fi kwalunkwe perjodu ta’ 24 siegħa: Massimu ta’ 3 tunnellati Konċentrazzjoni ta’ merkurju fl-emissjonijiet ≤ 50 μg/m3

L-operazzjoni ta’ tkissir hija mwettqa f’tagħmir maħsub għall-iskop tat-tnaqqis tal-volum qabel il-ġbir.

L-operazzjoni ta’ tkissir hija mwettqa biss għal dak l-iskop.

Il-bozoz jinħażnu taħt lqugħ reżistenti għat-temp.

Wara t-tkissir il-bozoz jinħażnu f’kontenitur sigur.


(1)  L-attivitajiet elenkati f’dan l-Anness huma mwettqa għall-għan ta’ rkupru.

(2)  Il-kodiċi b’sitt figuri bl-asterisk użat f’dan l-Anness jirreferi għan-nomenklatura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE.

(3)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(4)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(5)  L-attivitajiet elenkati f’dan l-Anness huma mwettqa għall-għan ta’ ġbir lura