|
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/97 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ April 2008
li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1572)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/331/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 ta’ l-Anness VI tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bulgarija ngħatat perjodi transizzjonali bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (1). |
|
(2) |
L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3) u 2008/209/KE (4). |
|
(3) |
Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li stabbiliment ta’ l-ipproċessar tal-ħalib se jitqassamlu biss ħalib mhux ipproċessat li jkun konformi. Għalhekk dan l-istabbiliment għandu jitħassar minn Kapitolu II ta’ l-Appendiċi għal Anness VI. |
|
(4) |
L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-istabbiliment elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni tħassar minn Kapitolu II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni bil-korrezzjonijiet fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).
ANNESS
Stabbiliment tal-ħalib li jrid jitħassar minn Kapitolu II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
Reġjun ta’ Haskovo — Nru 26
|
10. |
BG 2612047 |
“Balgarsko sirene” OOD |
gr.Haskovo bul. “Saedinenie” 94 |