15.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 105/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' April 2008

li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/300/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara r-riżenja tas-Sur H. DIJKSMA. Post ta' membru supplenti tbattal wara r-riżenja tas-Sinjura R. KRUISINGA.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

a)

bħala membru:

is-Sinjura R. KRUISINGA, gedeputeerde van de provincie Noord-Holland (bidla tal-mandat)

u

b)

bħala membru supplenti:

is-Sur H. DIJKSMA, gedeputeerde van de provincie Flevoland (bidla tal-mandat)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni jkollha effett mill-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.