10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tistipula lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jista' jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1005)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/291/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta’ użu ta’ data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (2), biex wieħed ikun jista' jasal għal konklużjonijiet ta’ statistika għal skopijiet xjentifiċi, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jingħata aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità kif ukoll ir-regoli ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali ħalli jiġi ffaċilitat dan l-aċċess.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (3) stabbiliet lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi.

(3)

Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l'Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques – DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, Relazzjonijiet tax-Xogħol u Solidarjetà, Pariġi, Franza, ir-Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, fl-Istati Uniti u ċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (Eläketurvakeskus – ETK), il-Finlandja, għandhom jitqiesu bħala korpi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet rekwiżiti u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ aġenżiji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1000/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 7).

(3)   ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/52/KE (ĠU L 13, 16.1.2008, p. 29).


ANNESS

“ANNESS

ISTITUZZJONIJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTA’ JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DATA KUNFIDENZJALI GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Spanjol

Il-Bank Ċentrali Taljan

University of Cornell (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)

Department of Political Science, Baruch College, New York City (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)

Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

L-Unità ta’ l-Analiżi ta’ l-Impjiegi, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea

L-Università ta’ Tel Aviv (Iżrael)

Il-Bank Dinji

Center of Health and Wellbeing (CHW) Woodrow Wilson School of Public and International Affairs at Princeton University, New Jersey, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

The University of Chicago (UofC), Illinois, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

L-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD)

Family and Labour Studies Division of Statistics Canada, Ottawa, Ontario, il-Kanada

L-Unità ta’ l-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku Kontra l-Frodi (ESAF), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità ta’ l-Appoġġ liż-Żona Ewropea ta’ Riċerka (SERA – Support to the European Research Area), id-Direttorat Ġenerali, iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Canada Research Chair School of Social Science Atkinson Faculty of Liberal and Professional Studies at York University, f'Ontario, il-Kanada

University of Illinois f'Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Rady School of Management fil-University of California, San Diego, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l'Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques - DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet mal-Ħaddiema u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza

The Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Iċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (Eläketurvakeskus – ETK), il-Finlandja”