4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 93/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2007/176/KE fir-rigward tal-Lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1001)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/286/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal netwerks u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/176/KE (2) li tistabbilixxi Lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati. Il-Kapitolu VIII ta’ din il-lista jkopri l-istandards għas-servizzi tax-xandir.

(2)

Il-provvista armonizzata ta’ xandir televiżiv terrestri fuq pjattaformi mobbli hija essenzjali biex tintlaħaq ekonomija ta’ skala kbira madwar l-UE kollha. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tas-Suq Intern tat-TV Mobbli (3), il-Kummissjoni identifikat l-istandard DVB-H (Digital Video Broadcasting Handheld) bħala l-aktar standard adegwat għall-iżvilupp fil-futur tat-TV mobbli terrestri fl-Ewropa u wriet l-intenzjoni tagħha li żżid dan l-istandard mal-lista ta’ standards,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2007/176/KE, mat-taqsima 8.3 (Xandir Diġitali), fil-Kapitolu VIII tal-Lista ta’ Standards, jiżdied dan li ġej:

“Xandir Diġitali bil-Video (li jinżamm fl-idejn)

DVB-H

ETSI EN 302 304

Verżjoni 1.1.1”

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).

(2)  ĠU L 86, 27.3.2007, p. 11.

(3)  COM(2007) 409 finali tat-18 ta’ Lulju 2007.