1.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 89/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Marzu 2008
Li temenda d-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward ta’ l-assistenza reċiproka
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 987)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/282/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-ħarsien tal-konsumatur (“ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur”) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 12(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/76/KE (2) li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004. Din id-Deċiżjoni tistipula regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 fir-rigward ta’ l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-kundizzjonijiet li jiggvernaw din l-assistenza. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/76/KE għandha tiġi emendata biex tispeċifika t-tagħrif li l-awtoritajiet huma obbligati li jipprovdu u l-limitu ta’ żmien għan-notifika tal-miżuri ta’ infurzar meħuda kif ukoll l-effett tagħhom wara talba għal miżuri ta’ infurzar. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2007/76/KE għandha wkoll tiġi emendata biex tispeċifika t-tagħrif li jrid jiġi pprovdut għan-notifika ta’ miżuri ta’ infurzar jew għal talba għal assistenza reċiproka wara n-notifika ta’ twissija. |
(4) |
Hu wkoll xieraq li jiġu stipulati l-prinċipji ewlenin li jiggvernaw il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar sabiex ikun żgurat l-infurzar effettiv fil-Komunità kollha. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 19 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2006/2004, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2007/76/KE wara l-Artikolu 7 għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 7a
Il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar
Il-prinċipji li jiggvernaw il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar huma stipulati fil-Kapitolu 6 ta’ l-Anness.”
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/76/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Meglena KUNEVA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2007/65/KE (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).
(2) ĠU L 337, 21.12.2007, p. 100-104.
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/76/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt 1.1. c), jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Wara l-punt 1.3.4., jiddaħħal il-punt li ġej: 1.3.5. Meta tittieħed miżura ta’ infurzar, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha tinnotifika, skond l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2006, il-miżuri meħuda, u l-effett tagħhom fuq il-ksur intrakomunitarju, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha maħtura mill-Istati Membri bħala l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni li hija suġġetta għall-ksur. Hi għandha tipprovdi, flimkien mal-miżuri ta’ infurzar meħuda u l-effett tagħhom fuq il-ksur intrakomunitarju, it-tagħrif li ġej:
|
(3) |
Fil-punt 2.1.5. l-ewwel sentenza qed tinbidel b’dan li ġej: 2.1.5. L-awtorità li tirċievi t-talba għandha titlob lill-Kummissjoni biex tneħħi t-tagħrif mid-database malli dan ikun teknikament possibbli u f’kull każ, sa mhux iktar tard minn sebat ijiem mill-għeluq tal-każ jekk tiġi wara talba skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2006:” |
(4) |
Wara l-punt 2.1.5. jiddaħħal il-punt li ġej: 2.1.6. L-awtorità li tirċievi t-talba għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati dwar il-miżuri ta’ infurzar meħuda skond l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 malli dan ikun teknikament possibbli u f’kull każ sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li jkunu ttieħdu l-miżuri.” |
(5) |
It-titolu ta’ Kapitolu 3 għandu jinbidel bi “TWISSIJIET”. |
(6) |
Fil-Kapitolu 3, in-numru “3.1.” qed jiżdied fil-bidu tat-test. |
(7) |
Fil-Kapitolu 3, il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu fi tmiem it-test eżistenti: 3.2. Meta awtorità kompetenti tieħu miżuri ta’ infurzar marbuta ma’ twissija, hi għandha, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2006, tinnotifika dawn il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha maħtura mill-Istati Membri bħala l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni li hija suġġetta għall-ksur. Hi għandha tipprovdi, flimkien mal-miżuri ta’ infurzar meħuda, it-tagħrif li ġej:
3.3. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba għal assistenza reċiproka marbuta ma’ twissija, hi għandha tinnotifika t-talba, filwaqt li tidentifika t-tip ta’ talba, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha maħtura mill-Istati Membri bħala l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni li hija suġġetta għall-ksur. Hi għandha tipprovdi flimkien mat-talba li rċeviet, it-tagħrif li ġej:
|
(8) |
Wara l-Kapitolu 5, jiżdied il-Kapitolu li ġej: “6. KAPITOLU 6 – Il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar 6.1. Sabiex jissodisfaw l-obbligu skond l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2006, l-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li wieħed minnhom jikkoordina l-azzjoni ta’ infurzar. L-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull każ, normalment għandhom jaħtru bħala awtorità ta’ koordinazzjoni l-awtorità fejn il-kummerċjant ikollu l-kwartieri tiegħu jew iċ-ċentru prinċipali ta’ l-attivitajiet, jew fejn jinsab l-akbar numru ta’ konsumaturi affettwati. 6.2. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni jekk tintalab biex tagħmel hekk.” |