29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISJONI

tas-26 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2001/405/KE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal prodotti ta’ karta fina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1222)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/277/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord ta’ l-Itikkettjar Ekoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE ta’ l-4 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti ta’ karta fina (2) jiskadu fl-4 ta’ Mejju 2008.

(2)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ stima u verifika, stabbiliti b’din d-Deċiżjoni.

(3)

Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ dawk il-kriterji u rekwiżiti, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti għad-Deċiżjoni 2001/405/KE jiġi mtawwal għal-perjodu ta’ 12-il xahar.

(4)

Peress li l-obbligu ta’ reviżjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 huwa limitat biss għall-kriterji ekoloġiċi u għar-rekwiżiti ta’ stima u verifika, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2001/405/KE tibqa’ fis-seħħ.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2001/405/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/405/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ta’ karta fina, kif ukoll għar-rekwiżiti relatati ta’ stima u verifika, għandhom jibqgħu validi sa l-4 ta’ Mejju 2009.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/207/KE (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 16).