|
28.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 86/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Frar 2008
dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra
(2008/270/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunitajiet, Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra (il-Ftehim), li jipprovdi wkoll għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim. |
|
(2) |
Dan il-Ftehim kien iffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-25 ta' Ġunju 2007 fil-Lussemburgu, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar ’il quddiem. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra (2) huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-President tal-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, għandhom jagħmlu n-notifikazzjoni kif provdut fl-Artikolu 14 tal-Ftehim.
Artikolu 3
1. Il-Ftehim huwa relatat mas-seba’ ftehim iffirmati ma’ l-Iżvizzera fil-21 ta’ Ġunju 1999 u konklużi bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, ta’ l-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (3).
2. Ma għandux ikun imġedded fil-każ li l-ftehim li ssir referenza għalihom f’paragrafu 1 ikunu ġew mitmuma.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Opinjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).