27.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awditur estern ta’ Suomen Pankki

(2008/268/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Jannar 2008 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-awditur estern ta’ Suomen Pankki (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

Ġaladarba l-mandat ta’ l-awditur estern ta’ bħalissa ta’ Suomen Pankki jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2007, jeħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2008.

(3)

Suomen Pankki għażel lill-KPMG Oy Ab bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

(4)

Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li KPMG Oy Ab għandu jinħatar bħala l-awditur estern ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(11) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“11.   KPMG Oy Ab hija b’dan approvata bħala l-awditur estern ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU C 29, 1.2.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/883/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 20).