|
15.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 73/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-14 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 956)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/225/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi fil-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) ġiet adottata bħala reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dawn l-Istati Membri. |
|
(2) |
Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li l-qagħda tal-marda f’ċerti żoni ta’ l-istat federali ta’ Rhine-Westfalia ta’ Fuq tjiebet b’mod sinifikanti. Għalhekk il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/805/KE li jikkonċernaw dawk iż-żoni ma għandhomx japplikaw iktar. |
|
(3) |
Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġislazzjoni Komunitarja, il-lista ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew ir-reġjuni tagħhom kif stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/805/KE, għandha tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/805/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/805/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
1. Il-Ġermanja
A. Rhineland-Palatinate
|
(a) |
fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr; |
|
(b) |
fil-Landkreis Vulkaneifel: il-muniċipalitajiet ta’ Obere Kyll u Hillesheim kif ukoll il-lokalitajiet ta’ Betteldorf, Dockweiler, Dreis-Brück, Hinterweiler u Kirchweiler li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Daun, il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bereborn, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Mannebach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Kelberg, il-lokalitajiet ta’ Berlingen, Duppach, Hohenfels-Essingen, Kalenborn-Scheuern, Neroth, Pelm u Rockeskyll li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Gerolstein u l-Belt ta’ Gerolstein; |
|
(ċ) |
fl-Eifelkreis Bitburg-Prüm: il-lokalitajiet ta’ Büdesheim, Kleinlangenfeld, Neuendorf, Olzheim, Roth bei Prüm, Schwirzheim u Weinsheim li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Prüm. |
B. Rhine-Westfalia ta’ Fuq
|
(a) |
fil-Kreis Euskirchen: l-ibliet ta’ Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden, il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen (iċ-ċentru), Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen fil-belt ta’ Euskirchen, u l-muniċipalitajiet ta’ Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim; |
|
(b) |
fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf fil-belt ta’ Meckenheim, il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg fil-belt ta’ Rheinbach, il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf fil-muniċipalità ta’ Swisttal. |
2. Franza
It-territorju tad-Dipartiment tal-Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-tramuntana ta’ l-awtostrada A 4, fil-lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta’ Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.
PARTI II
1. L-Ungerija
It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsabu fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana ta’ l-awtostrada E 71.
2. Is-Slovakkja
It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Nové Zámky), Nové Zámky (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett ta’ Komárno u fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75 u fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija) u Levice (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett Nové Zámky u fil-lvant ta’ l-awtostrada 66 (E77), fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Veľký Krtíš).
PARTI III
1. Il-Bulgarija
It-territorju kollu tal-Bulgarija.”