|
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 80/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet, u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999 u li tħassar d-Deċiżjoni 2006/56/KE
(2008/213/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar it-twaqqif ta' Sħubija Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (1), kif emendat, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 approva l-introduzzjoni ta' Sħubiji Ewropej bħala mezz sabiex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 jipprevedi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fis-Sħubiji Ewropej, kif ukoll dwar aġġustamenti sussegwenti. Jiddikjara wkoll li s-segwitu tas-Sħubiji Ewropej se jkun żgurat permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti skond il-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, prinċipalment permezz tar-rapporti annwali ta' progress. |
|
(3) |
Fit-30 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta t-tieni Sħubija Ewropea mas-Serbja bl-inklużjoni tal-Kosovo taħt l-UNSCR 1244 (2). |
|
(4) |
Id-Dokument tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin għall-2006–2007 jindika li s-Sħubiji jiġu aġġornati fi tmiem l-2007. |
|
(5) |
Fit-17 ta' Lulju 2006 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (3) li jistabbilixxi Strument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li jġedded il-qafas għall-għajnuna finanzjarja għal pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni. |
|
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi adottata verżjoni riveduta ta' Sħubija Ewropea li taġġorna s-Sħubija attwali sabiex jiġu identifikati prijoritajiet imġedda għal ħidma ulterjuri, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tar-Rapport ta' Progress ta' l-2007 dwar it-tħejjijiet tas-Serbja kif ukoll tal-Kosovo taħt l-UNSCR 1244 għal integrazzjoni ulterjuri ma' l-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Sabiex iħejju għal integrazzjoni ulterjuri ma' l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tas-Serbja kif ukoll tal-Ksovo taħt l-UNSCR 1244 għandhom jiżviluppaw pjan bi skeda u miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-prijoritajiet ta' din is-Sħubija Ewropea, |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni 2006/56/KE għandha għalhekk titħassar, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja inkluż il-Kosovo taħt l-UNSCR 1244, huma stabbiliti fl-Annessi 2 u 3.
Artikolu 2
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tiġi eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, partikolarment permezz tar-rapporti annwali dwar il-progress imressqa mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2006/56/KE għandha titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 18 ta' Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 269/2006 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 7).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/56/KE tat-30 ta' Jannar 2006 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja u l-Montenegro inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999 u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/520/KE (ĠU L 35, 7.2.2006. p. 32). Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/49/KE (ĠU L 20, 27.1.2007, p. 16).
ANNESS 1
SERBJA – L-INKLUŻJONI TAL-KOSOVO TAĦT L-UNSCR 1244 – SĦUBIJA EWROPEA 2007
1. INTRODUZZJONI
Il-Kunsill Ewropew approva l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz biex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Is-sħubija riveduta proposta taġġorna t-tieni waħda, abbażi tas-sejbiet tar-Rapporti ta' Progress tal-Kummissjoni 2007 dwar is-Serbja u l-Kosovo taħt l-UNSCR 1244. Din tidentifika l-prijoritajiet għal azzjoni ġodda u dawk pendenti. Il-prijoritajiet il-ġodda huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi u l-istadju ta' tħejjija tal-pajjiż u ser ikunu aġġornati kif meħtieġ. L-awtoritajiet huma mistennija jiżviluppaw pjan li jinkludi skeda ta' żmien u miżuri speċifiċi intiżi biex jindirizzaw il-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea. Is-Sħubija tipprovdi wkoll gwida għal assistenza finanzjarja lill-pajjiż.
2. PRINĊIPJI
Il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni jibqa' l-qafas għall-mixja tal-Balkani tal-Punent lejn l-Ewropa, sakemm jaslu għall-adeżjoni futura tagħhom. Il-prijioritajiet identifikati huma marbuta mal-kapaċità li jissodisfaw il-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropej ta' Kopenħagen ta' l-1993 u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-proċess ta' stabbilizazzjoni u assoċjazzjoni, notevolment il-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997 u l-21 u t-22 ta' Ġunju 1999, id-dikjarazzjoni finali tas-Summit ta' Żagreb ta' l-24 ta' Novembru 2000 u l-Aġenda ta' Tessaloniki.
3. PRIJORITAJIET
Il-prijoritajiet elenkati f'din is-Sħubija Ewropea ġew magħżula fuq il-bażi li jkun realistiku li wieħed jistenna li jkunu jistgħu jinġiebu fi tmiemhom jew li jitmexxew sostanzjalment “il quddiem fil-ftit snin li ġejjin. Qiegħda ssir distinzjoni bejn prijoritajiet fuq perijodu qasir, li huma mistennija li jitlestew fi żmien sena jew sentejn, u prijoritajiet fuq perijodu medju, li huma mistennija li jitlestew fi żmien tlieta jew erba” snin. Il-prijoritajiet jirrigwardaw kemm il-leġislazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet, ċertament hemm il-ħtieġa li jitwettqu ħidmiet oħra li jistgħu jsiru prijoritajiet fi kwalunkwe sħubija ġejjiena, anke b'konsiderazzjoni għall-progress ġejjieni min-naħa tas-Serbja u l-Kosovo taħt l-UNSCR 1244.
Fost il-prijoritajiet fuq perijodu qasir, dawk ewlenin ġew identifikati u miġbura flimkien fil-bidu tal-listi. L-ordni ta' dawn il-prijoritajiet ewlenin ma timplikax klassifika ta' l-importanza tagħhom.
Il-prijoritajiet jinsabu elenkati fl-Annessi 2 u 3.
4. PROGRAMMAZZJONI
L-għajnuna Komunitarja skond il-proċess ta' stabbilizazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ser tingħata skond l-istrumenti finanzjarji eżistenti, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (IPA) u, għall-programmi adottati qabel l-2007, ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ir-Regolament CARDS) (1). Il-ftehim ta' finanzjament iservu bħala bażi legali għall-implimentazzjoni tal-programmi konkreti. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma jkollha l-ebda implikazzjoni finanzjarja.
Is-Serbja, bl-inklużjoni tal-Kosovo taħt l-UNSCR 1244, jista' jkollha aċċess ukoll għall-fondi minn programmi orizzontali u li jinvolvu diversi pajjiżi.
5. KONDIZZJONALITÀ
L-għajnuna lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent tiddependi fuq il-progress li jkunu wettqu biex jissodisfaw il-kriterji ta' Kopenħagen u jirrispettaw il-prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija Ewropea. Nuqqas ta' rispett għal dawn il-kondizzjonijiet jista' jwassal sabiex il-Kunsill jieħu miżuri xierqa abbażi ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 jew, fil-każ ta' programmi qabel l-2007, abbażi ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2666/2000. L-assistenza hija wkoll soġġetta għall-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-impenn min-naħa ta' dawk li jkunu qed jirċevuha li jwettqu riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali. Fil-programmi individuali ta' kull sena huma ukoll inklużi kondizzjonijiet speċifiċi. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament ser jiġu segwiti minn ftehim ta' finanzjament iffirmat ma' l-awtoritajiet rilevanti.
6. MONITORAĠĠ
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tiġi eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti skond il-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, notevolment ir-rapporti annwali ppreżentati mill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2112/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23).
ANNESS 2
PRIJORITAJIET GĦAS-SERBJA
PRIJORITAJIET FUQ PERIJODU QASIR
Prijoritajiet ewlenin
|
— |
Tiġi żgurata l-konformità ma' l-obbligi ġejjiena taħt il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) u b'mod partikolari l-Ftehim Interim (FI). |
|
— |
Tiġi żgurata kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY). |
|
— |
Issir kooperazzjoni kostruttiva f'kwistjonijiet relatati mal-Kosovo. |
|
— |
Jiġi żgurat li l-kostituzzjoni u l-liġi kostituzzjonali jiġu implimentati f'konformità ma' l-istandards Ewropej. |
|
— |
Jissuktaw l-isforzi għall-implimentazzjoni tar-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika, inkluża s-sistema ta' ħlas tas-servizz ċivili, sabiex jiġu żgurati reklutaġġ u promozzjoni trasparenti kif ukoll professjonaliżmu u responsabbiltà, it-tisħiħ ta' l-istrutturi ta' integrazzjoni Ewropea, it-titjib tal-koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika u l-Parlament u tingħata attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni tal-politika. |
|
— |
Jittejjeb il-funzjonament tal-ġudikatura, jiġu garantiti l-indipendenza, ir-responsabbiltà, il-professjonaliżmu u l-effiċjenza tagħha u jiġi żgurat li l-progress fil-karriera u r-reklutaġġ ta' mħallfin u prosekuturi jkunu bbażati fuq kriterji tekniċi u professjonali u jkunu ħielsa minn kull indħil politiku. Jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tal-Qorti Kostituzzjonali. |
|
— |
Isir progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha u tiġi żviluppata sistema pubblika komprensiva ta' kontroll finanzjarju sabiex tiżdied it-trasparenza u r-responsabbiltà fl-użu tal-finanzi pubbliċi. |
|
— |
Jiġi ffinalizzat il-proċess ta' privatizzazzjoni jew, fejn xieraq, tal-likwidazzjoni ta' impriżi ta' appartenenza soċjali u impriżi statali. |
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Kostituzzjoni
|
— |
Isir allinjament tal-leġislazzjoni u l-istituzzjonijiet mal-Kostituzzjoni l-ġdida. |
Parlament
|
— |
Titkompla r-riformi tal-qafas legali dwar l-elezzjonijiet (inkluż ir-reġistru tal-votanti), il-konformità tiegħu ma' rekwiżiti kostituzzjonali ġodda u tiġi żgurata trasparenza u responsabbiltà tal-finanzjament tal-partiti politiċi, inkluża r-reviżjoni tal-leġislazzjoni eżistenti sabiex jiġi previst livell suffiċjenti ta' monitoraġġ u sanzjonijiet. |
Amministrazzjoni pubblika
|
— |
Jiġi stabbilit uffiċċju ta' l-ombudsman li jkun jiffunzjona bis-sħiħ, b'konformità mal-ħtiġiet leġislattivi u jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet mill-ombudsman ikunu segwiti b'mod xieraq. |
Superviżjoni ċivili tal-forzi ta' sigurtà
|
— |
Tiġi żgurata superviżjoni demokratika akbar billi jissaħħaħ il-kontroll parlamentari u tiġi stabbilita ġestjoni finanzjarja aktar trasparenti. |
Sistema ġudizzjarja
|
— |
Tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-qrati u tas-sistema ta' prosekuzzjoni. |
|
— |
Jissaħħaħ l-uffiċċju tal-prosekutur għall-kriminalità tal-gwerra. |
|
— |
Jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni dwar l-istrateġija tar-riforma ġudizzjarja. |
|
— |
Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni dwar it-taħriġ mandatorju kemm inizjali kif ukoll kontinwu għall-imħallfin, prosekuturi u l-persunal ta' sostenn fil-qorti, u jiġu msaħħa ċ-ċentri ta' taħriġ. |
|
— |
Ir-razzjonalizzar tas-sistema tal-qorti, l-immodernizzar tal-proċedimenti, l-introduzzjoni ta' sistema effettiva għall-ġestjoni tal-qorti, u jiġu stabbiliti qrati amministrattivi u ta' l-appell. |
|
— |
Jinħoloq netwerk ta' l-IT għall-prosekuturi fil-livelli kollha, jiġi żgurat l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti u jissokta t-tisħiħ tal-kapaċità għas-smigħ domestiku ta' reati tal-gwerra f'konformità sħiħa ma' l-obbligi internazzjonali ta' l-ICTY. |
Politika kontra l-korruzzjoni
|
— |
L-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-istrateġija kontra l-korruzzjoni u l-istabbiliment ta' aġenzija indipendenti u effikaċi kontra l-korruzzjoni. |
|
— |
Jiġu ratifikati l-konvenzjonijiet internazzjonali kontra l-korruzzjoni. |
|
— |
Jissoktaw il-kjarifika u l-infurzar tar-regolamenti relatati mal-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess, f'konformità ma' standards internazzjonali. |
|
— |
Tiġi żviluppata u implimentata sistema ta' dikjarazzjoni ta' l-assi ta' uffiċjali pubbliċi. |
Drittijiet tal-bniedem u protezzjoni tal-minoranzi
|
— |
Jiġu osservati l-obbligi kollha li joħorġu mis-sħubija tal-Kunsill ta' l-Ewropa. |
|
— |
Tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-kostituzzjoni l-ġdida. |
|
— |
Jitkomplew id-de-istituzzjonalizzazzjoni, is-servizzi bbażati fuq il-komunità u l-għajnuna lill-persuni dipendenti, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali. |
Drittijiet ċivili u politiċi
|
— |
Tiġi riveduta l-leġislazzjoni rilevanti li tikkonċerna d-drittijiet reliġjużi biex ikun żgurat li hija konformi mal-Kostituzzjoni. |
|
— |
Tittieħed azzjoni dwar każijiet allegati ta' trattament ħazin u jissaħħu s-servizzi ta' kontroll intern li jaġixxu fir-rigward tat-trattament ħażin minn aġenti ta' l-infurzar tal-liġi. |
|
— |
Jittejbu l-kondizzjonijiet fil-ħabs, jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq tal-kondizzjonijiet tal-ħabs għall-priġunieri li jservu perijodi twal u għall-priġunieri li nstabu ħatja ta' kriminalità organizzata u jiġi żgurat taħriġ ulterjuri għall-persunal tal-ħabs u jittejbu l-faċilitajiet għal nies bi bżonnijiet speċjali. |
|
— |
Tittejjeb il-ħidma tal-Kunsill tax-Xandir f'konformità ma' l-istandards internazzjonali, u tiġi żgurata l-allokazzjoni ġusta u trasparenti ta' frekwenzi tax-xandir reġjonali u lokali għall-operaturi tal-medja. |
|
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-Liġi dwar l-aċċess ħieles għall-informazzjoni u jissaħħaħ l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Aċċess Ħieles għall-Informazzjoni sabiex jiġi żgurat l-infurzar tad-deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet. |
|
— |
Tiġi adottata l-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet, l-istatus legali ta' l-NGOs, jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' l-organizzazzjonijet tas-soċjetà ċivili u d-djalogu regolari mas-soċjetà ċivili dwar l-inizjattivi tal-politika. |
|
— |
Jissaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja. |
Drittijiet soċjali u ekonomiċi
|
— |
Tiġi adottata leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u jiġi żgurat appoġġ istituzzjonali xieraq għall-vittmi. |
|
— |
Tiġi adottata leġislazzjoni xierqa dwar ir-restituzzjoni tal-proprjetà u tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tagħha. |
|
— |
Titjieb il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal. |
Dirittijiet tal-minoranzi, drittijiet kulturali u l-protezzjoni tal-minoranzi
|
— |
Jiġi żgurat ir-rispett għad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar id-drittijiet kulturali u dawk tal-minoranzi u l-protezzjoni tal-minoranzi u jiġu implimentati bis-sħiħ l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni rilevanti għall-integrazzjoni tar-Roma, inklużi dawk li jiġu lura. |
|
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-promozzjoni ta' relazzjonijiet inter-etniċi tajbin, inklużi miżuri fil-qasam ta' l-edukazzjoni, tissaħħaħ il-ħidma tal-kunsilli nazzjonali minoritarji, inkluża l-adozzjoni tal-leġislazzjoni pendenti, issir il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-minoranzi fil-ġudikatura u fl-entitajiet ta' l-infurzar tal-iġi u jissoktaw l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, inkluż l-użu ta' l-ilsna minoritarji. |
|
— |
Tiġi aġġustata l-leġislazzjoni rilevanti għall-kostituzzjoni l-ġdida u tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-minoranzi, b'mod partikolari dwar l-edukazzjoni fil-lingwa materna. |
|
— |
Tiġi adottata leġislazzjoni ġdida dwar ir-refuġjati u tissokta l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija nazzjonali dwar ir-refuġjati. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
|
— |
Jissokta r-rispett għall-Ftehim ta' Dayton/Pariġi. |
|
— |
Jittieħdu miżuri għall-konformità mas-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ta' Frar 2007 dwar il-każ li tressaq mill-Bosnja-Ħerzegovina kontra s-Serbja u l-Montenegro dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Pieni tar-Reat ta' Ġenoċidju. |
|
— |
Tingħata kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, ir-rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajba mal-ġirien, inkluż bil-promozzjoni tat-tranżizzjoni mill-Patt ta' Stabbiltà għal qafas ta' kooperazzjoni b'dimensjoni aktar reġjonali u l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA). |
|
— |
Jiġi ffinalizzat u implimentat ftehim mal-pajjiżi ġirien dwar il-kooperazzjoni transkonfini, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-kuntrabandu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-ġestjoni mal-fruntieri u l-ambjent. |
|
— |
Jingħata kontribut għar-riżolviment ta' kwistjonijiet pendenti dwar il-fruntieri mal-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina. |
|
— |
Jiġi żgurat id-dritt għal għażla vera bejn ir-ritorn sostenibbli u l-integrazzjoni u jsir kontribut għall-iżgurar ta' l-implimentazzjoni sħiħa tad-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo. |
Kriterji ekonomiċi
|
— |
Tiġi implimentata politika fiskali orjentata lejn l-istabbiltà, inkluża politika tas-salarji tas-settur pubbliku, bil-għan tal-konsolidazzjoni fiskali u li twassal għal inflazzjoni baxxa u sostenibbiltà esterna. |
|
— |
Jissuktaw ir-riformi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sabiex jissaħħu l-kontroll, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effiċjenza. |
|
— |
Titħaddem politika monetarja li twassal għall-objettiv ta' l-istabbiltà tal-prezzijiet sabiex tnaqqas u tistabbilizza l-antiċipazzjonijiet inflazzjonarji. |
|
— |
Jittejbu l-proċeduri tal-falliment sabiex jitħaffef il-ħruġ mis-suq ta' impriżi mhux vijabbli u titrawwem bidla strutturali. |
|
— |
Tiġi ffinalizzata l-liberalizzazzjoni tal-prezzijiet amminsitrati pendenti bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza tal-mekkaniżmi tas-suq u l-allokazzjoni tar-riżorsi. |
|
— |
Tissaħħaħ ulterjorment is-superviżjoni finanzjarja sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-settur finanzjarju. |
|
— |
Tiġi żviluppata ulterjorment u implimentata r-riforma tas-sistema tal-pensjoni u tissokta r-riforma tas-sistema ta' assigurazzjoni tas-saħħa u jitħaffu r-ristrutturar u l-privatizzazzjoni tas-settur ta' l-assigurazzjoni. |
|
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-ifformalizzar ta' l-ekonomija li ma tidhirx (grey economy) u tiġi implimentata sistema ta' ġestjoni tan-nefqa pubblika u riformi fiskali. |
|
— |
Ikun żviluppat suq ta' art/proprjetà immobbli stabbli u li jiffunzjona u titħejja leġislazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' l-art. |
|
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-promozzjoni ta' l-impjieg, inkluż permezz ta' taħriġ vokazzjonali u riformi tas-suq tax-xogħol, jittejbu s-servizzi ta' impjieg pubbliku u tiġi implimentata l-istrateġija dwar l-impjiegi ta' persuni b'diżabbiltà. |
Standards Ewropej
Suq intern
Moviment liberu tal-merkanzija
|
— |
Jissokta l-allinjament tal-qafas legali dwar l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni u l-konformità ma' l-istandards Ewropej. Ikomplu jiġu adottati standards Ewropej u tiġi stabbilita entità nazzjonali ta' koordinazzjoni għall-infrastruttura ta' kwalità li tkun responsabbli mit-tisħiħ tal-qasam kollu. |
|
— |
Tiġi stabbilita struttura ta' sorveljanza tas-suq u tiġi żgurata l-koordinazzjoni xierqa fost l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. |
|
— |
Jiġu aġġustati s-sistema kummerċjali u l-leġislazzjoni rilevanti għall-fini ta' konformità ma' l-obbligi li joħorġu mid-WTO, l-FSA u s-CEFTA. |
|
— |
Jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u ta' notifika interni għal regolamenti tekniċi ġodda qabel ma jiġu adottati miżuri li jħallu impatt fuq il-kummerċ. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur. |
Moviment liberu tal-kapital
|
— |
Jissokta l-iżvilupp ta' sistema ta' operazzjonijiet ta' ħlasijiet internazzjonali f'konformità mar-regoli internazzjonali u jiġi stabbilit trattament nazzjonali għall-akkwisti ta' proprjetà immobbli. |
Dwana u tassazzjoni
|
— |
Jiġi ffinalizzat il-proċess ta' allinjament tal-leġislazzjoni doganali meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-FSA, tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni doganali għall-ġielda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfini u l-evażjoni fiskali u tissaħħaħ il-kapaċità ta' infurzar, speċjalment fl-oqsma ta' l-analiżi tar-riskju u l-kontroll ta' wara r-rilaxx. |
|
— |
Tissokta l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni fiskali ma' l-acquis, tiġi implimentata l-leġislazzjoni fiskali, b'mod partikolari dwar il-ġbir u l-kontroll tad-dħul sabiex titnaqqas il-frodi fiskali u tiżdied il-kapaċità ta' infurzar. |
|
— |
Jiġu assunti l-prinċipji tal-Kodiċi tal-Kondotta fil-qasam tat-tassazzjoni ta' l-intrapriżi u jiġi żgurat li miżuri ġodda tat-taxxa jkunu konformi ma' dawn il-prinċipji. |
Kompetizzjoni
|
— |
Isir titjib fil-leġislazzjoni eżistenti dwar l-anti-trust f'konformità mal-ħtiġiet tal-FSA u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni biex jiġi żgurat infuzar effikaċi u indipendenti tar-regoli f'konformità ma' l-acquis ta' l-UE. |
|
— |
Tiġi stabbilita awtorità li tissorvelja l-għajnuna mill-istat li tkun kemm indipendenti u tiffunzjona b'mod sħiħ. |
|
— |
Jiġu mtejba l-proċeduri ta' kontroll tal-mergers sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni. |
|
— |
Jiġi stabbilit qafas legali xieraq għall-għajnuna mill-Istat konformi mal-ħtiġiet tal-FSA. |
Akkwisti pubbliċi
|
— |
Isseħħ l-implimentazzjoni ta' sistema konsistenti u effettiva ta' akkwisti pubbliċi, tiġi żgurata l-indipendenza ta' l-entitajiet ta' l-akkwisti pubbliċi, jiġu żgurati proċeduri trasparenti, indipendentement mill-valur tal-kuntratt ikkonċernat, u ma ssirx diskriminazzjoni bejn il-fornituri Serbi u dawk ta' l-UE u tissaħħaħ il-kapaċità ta' infurzar f'dan is-settur. |
Liġi dwar il-proprjetà intellettwali
|
— |
Jissokta t-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-għoti ta' privattivi u l-implimentazzjoni sostenibbli u l-infurzar ta' l-IPRs. |
Il-politika ta' l-impjiegi u l-politika soċjali
|
— |
Jiġu żviluppati strutturi amministrattivi xierqa u kapaċità fil-qasam tal-protezzjoni tas-saħħa. |
Edukazzjoni u riċerka
|
— |
Jissoktaw l-isforzi għal titjib fis-sistema edukattiva; jiġu stabbiliti rabtiet aħjar bejn l-edukazzjoni vokazzjoni u l-edukazzjoni għola u s-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet ekonomiċi; tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-entitajiet rilevanti. |
|
— |
Tiġi ratifikata l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' l-Espressjonijiet Kulturali ta' l-UNESCO. |
Kwistjonijiet dwar id-WTO
|
— |
Jissoktaw it-tħejjijiet għall-adeżjoni mad-WTO. |
Politika settorjali
Industrija u SMEs
|
— |
Tiġi implimentata l-Karta Ewropea dwar l-Impriżi Żgħar u ta' daqs Medju u jitnaqqsu l-ostakoli amministrattivi għall-SMEs. |
|
— |
Tiġi adottata strateġija ġdida għall-SMEs u politika industrijali ġdida fuq perijodu medju, segwita minn pjan ta' azzjoni operattiv. |
|
— |
Jissaħħaħ il-Kunsill ta' l-SMEs bħala strument ta' kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi u privati u ta' kooperazzjoni inter-ministerjali sabiex jinfluwenza t-tfassil u t-tħaddim ta' linji politiċi ta' l-SMEs. |
Agrikoltura
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva meħtieġa għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika agrikola u l-politika dwar l-iżvilupp rurali. |
|
— |
Tiġi aġġornata l-leġislazzjoni u jissaħħu l-implimentazzjoni u l-kontrolli fl-oqsma tas-sigurtà alimentari u fi kwistjonijiet veterinarji u fitosanitrarji. |
|
— |
Jiġu estiżi l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-ispeċi rilevanti kollha. |
|
— |
Jissokta t-titjib tal-laboratorji veterinarji, fitosanitarji, ta' l-inbid u ta' dawk sanitarji, l-ispettorati u l-kontrolli fil-fruntieri esterni. |
Ambjent
|
— |
Jitħaffef il-proċess ta' l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u l-istandards ma' l-acquis ta' l-UE. |
|
— |
Tiġi implimentata l-leġislazzjoni adottata, prinċipalment dwar il-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali. |
|
— |
Tinbeda l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kyoto. |
|
— |
Jiġu adottati u implimentati l-istrateġija nazzjonali dwar il-protezzjoni ambjentali u strateġija għall-iżvilupp sostenibbli. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-entitajiet responsabbli mill-ippjanar, il-permessi, l-ispezzjoni u l-monitoraġġ, kif ukoll proġetti ta' ġestjoni, tissaħħaħ il-kapaċità fil-livell lokali u tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn il-livelli ċentrali u lokali. |
Tiġi żviluppata ulterjorment u tinbeda l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' ġestjoni ta' l-iskart u jinbeda l-bini ta' faċilità għat-trattament u r-rimi mingħajr riskju ta' skart perikoluż.
Politika tat-trasport
|
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iżvilupp ta' Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk u tisaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Osservatorju tat-Trasport ta' l-Ewropa tax-Xlokk. |
|
— |
Tiġi adottata u implimentata strateġija nazzjonali dwar it-trasport. Jittieħdu miżuri sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà fuq it-toroq. |
|
— |
Jiġu implimentati l-impenji li ttieħdu taħt l-ewwel fażi tranżitorja tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni Ewropew ta' l-Avjazzjoni. |
|
— |
Iseħħ ir-ristrutturar tas-settur ferrovjarju u jiġu stabbiliti istituzzjonijiet ferrovjarji. |
|
— |
Jiġi żviluppat trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni, inkluż bl-istabbiliment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar ix-xmajjar. |
Enerġija
|
— |
Jiġu rrispettati l-obbligi li joħorġu mill-qafas tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija fir-rigward ta' l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-acquis dwar is-suq intern tal-gass u l-elettriku u dwar l-iskambji transkonfini ta' l-elettriku. |
|
— |
Tiġi emendata u implimentata l-Liġi dwar l-Enerġija u tiġi żgurata l-ħidma mingħajr xkiel ta' l-aġenzija regolatorja ta' l-enerġija. |
|
— |
Jissoktaw il-verifiki ambjentali fuq l-impjanti ta' enerġija, tittieħed azzjoni fir-rigward ta' min iniġġes l-aktar, tiġi żgurata s-separazzjoni bil-għan tar-ristrutturar u l-ftuħ tas-suq u jsir progress ulterjuri sabiex jinkiseb suq reġjonali ta' l-enerġija, b'mod partikolari billi tittejjeb l-interkonnettività mal-pajjiżi ġirien. |
|
— |
Issir l-adeżjoni mal-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti relatati mas-sigurtà nukleari u jiġu stabbiliti aġenziji regolatorji xierqa. |
|
— |
Jissokta l-iżmuntar tal-reattur ta' riċerka ta' Vinca. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fi ħdan il-ministeri rilevanti. |
Soċjeta ta' l-informazzjoni u medja
|
— |
Tiġi żgurata l-liberalizzazzjoni sħiħa tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika u l-indipendenza ta' l-entitajiet regolatorji; jiġi żgurat li l-istrateġija adottata tiġi implimentata, inkluża l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet u l-linji politiċi meħtieġa, u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva. |
|
— |
Tinbeda l-approssimazzjoni ma' l-acquis fis-settur awjdoviżiv u tittejjeb it-trasparenza u r-responsabbiltà, b'mod partikolari ta' l-Aġenzija Repubblikana tax-Xandir. |
|
— |
Tiġi ffirmata u ratifikata l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Televiżjoni Transkonfini. |
Kontroll finanzjarju
|
— |
Tiġi adottata u implimentata politika pubblika ta' kontroll finanzjarju intern. |
|
— |
Jiġu żviluppati proċeduri u kapaċità amministrattiva sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva ta' l-interessi finanzjarji ta' l-UE. |
Statistika
|
— |
Tiġi emendata l-Liġi dwar l-istatistika u tiżdied il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fi ħdan is-sistema nazzjonali ta' l-istatistika. |
|
— |
Jitwettaq ċensiment agrikolu, jinħoloq reġistru agrikolu u jissokta l-iżvilupp tal-kontijiet nazzjonali skond l-ESA 95 inkluż it-titjib tas-sorsi ta' data. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll fuq il-fruntieri, asil u migrazzjoni
|
— |
Isseħħ l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri (IBM) u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-aġenziji ta' l-IBM. |
|
— |
Tittejjeb il-kooperazzjoni transkonfini bejn il-pulizija skond l-aħjar prattiċi, tissaħħaħ il-kapaċità tal-pulizija tal-fruntieri u jiġu pprovduti infrastruttura u tagħmir moderni għall-pulizija tal-fruntieri, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-IT. |
|
— |
Isir l-allinjament tas-sistema tal-viża ma' l-acquis u jiġi implimentat il-ftehim bejn l-UE u s-Serbja dwar l-iffaċilitar tal-viża. |
|
— |
Tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-ħtiġiet għall-għoti ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar u ta' l-identità ta' kwalità għolja. |
|
— |
Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni dwar l-asil, jiġi żgurat il-funzjonament taċ-ċentru li jilqa' lil dawk li qed ifittxu l-asil u jiġi żgurat il-ħolqien ta' entità operattiva għall-applikazzjonijiet ta' asil. |
|
— |
Jiġi implimentat il-ftehim bejn l-UE u s-Serbja dwar id-dħul mill-ġdid. |
|
— |
Tiġi adottata strateġija għall-integrazzjoni mill-ġdid ta' min jirritorna, inkluż l-indirizzar tal-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi. |
Money laundering
|
— |
Jiġu adottati l-leġislazzjoni meħtieġa u strateġija nazzjonali, inkluża skeda taż-żmien, kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, jissaħħu l-entitajiet lokali għall-ġlieda kontra l-money laundering u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji kif ukoll il-kooperazzjoni internazzjonali. |
Drogi
|
— |
Tiżdied il-kapaċità fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, tiġi żviluppata u tinbeda l-implimentazzjoni ta' strateġija nazzjonali dwar id-drogi f'konformità ma' l-istrateġija ta' l-UE dwar id-drogi u tittejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali. |
Pulizija
|
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-Liġi dwar il-pulizija għall-istabbiliment tal-professjonaliżmu u r-responsabbilità, tittejjeb it-trasparenza, jiġi żviluppat korp tal-pulizija modern mingħajr indħil politiku eċċessiv u tiżdied il-kapaċità permezz ta' taħriġ speċjalizzat. |
|
— |
Jittieħdu l-passi meħtieġa għall-konklużjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni ma' l-Europol. |
Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
|
— |
Tiġi adottata l-leġislazzjoni pendenti, tiġi żviluppata l-kapaċità għall-qbid ta' assi, tiġi implimentata strateġija nazzjonali kontra l-kriminalità organizzata u tissaħħaħ l-intelligence kriminali. |
|
— |
Tissokta l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, inkluża l-implimentazjoni ta' l-istrateġija għall-prevenzjoni tat-traffikar u l-għoti ta' għajnuna u protezzjoni xierqa lill-vittmi. |
|
— |
Tiżdied l-effiċjenza tal-kooperazzjoni internazzjonali u ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar it-terroriżmu. |
|
— |
Tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-fergħat kollha tas-servizzi tas-sigurtà u ma' stati oħra u jiġu ostakolati l-finanzjament u t-tħejjija ta' atti terroristiċi. |
Protezzjoni tad-data personali
|
— |
Issir reviżjoni tal-qafas legali, jiġu ffirmati l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u tiġi stabbilita awtorità superviżorja indipendenti. |
PRIJORITAJIET GĦALL-PERIJODU MEDJU
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Amministrazzjoni pubblika
|
— |
Tiġi msaħħa ulterjorment il-kapaċità għal integrazzjoni Ewropea fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, u jiġu integrati l-istrutturi meħtieġa fi ħdan il-ministeri kkonċernati u mal-gvern kollu kemm hu, u jittejbu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni mad-dipartimenti kollha relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea. |
|
— |
Tissokta l-implimentazzjoni sħiħa tas-servizz pubbliku u tal-liġijiet ta' l-amministrazzjoni pubblika, jiġu implimentati l-miżuri ta' żvilupp tar-riżorsi umani fis-servizz pubbliku, tissaħħaħ il-kapaċità ta' tfassil tal-politika u l-koordinazzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika fil-livelli governattivi u dawk lokali, tiġi stabbilita sistema ċentralizzata għall-ħlas tal-pagi, jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali relatati mad-deċentralizzazzjoni u jiġu żgurati r-riżorsi għall-gvernijiet lokali. |
Superviżjoni ċivili tal-forzi ta' sigurtà
|
— |
Jissoktaw il-proċessi tar-ristrutturar u r-riforma tal-forzi armati u jiżdiedu t-trasparenza u s-superviżjoni ċivili tal-forzi armati. |
Sistema ġudizzjarja
|
— |
Jitnaqqas ix-xogħol pendenti fil-qrati u jiżdiedu ulterjorment l-effiċjenza u l-professjonaliżmu tal-qrati. |
|
— |
Jiġu introdotti standards uniformi għall-ġbir ta' data affidabbli dwar il-ġudikatura. |
Politika kontra l-korruzzjoni
|
— |
Tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità ta' l-entitajiet ta' kontra l-korruzzjoni. |
Drittijiet tal-bniedem u protezzjoni tal-minoranzi
|
— |
Tiġi implimentata l-leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni. |
|
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-integrazzjoni u t-titjib tal-kondizzjonijiet għat-tfal b'diżabbiltà. Issir riforma tas-sistema tal-kura tat-tfal u tiġi żgurata edukazzjoni regolari għat-tfal ta' minoranzi. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
|
— |
Tiġi faċilitata l-integrazzjoni għar-refuġjati li jagħżlu li ma jmorrux lura. |
Kriterji ekonomiċi
|
— |
Tissaħħaħ il-konsolidazzjoni fiskali u jitnaqqas ir-rwol tas-settur statali, ikkalkolat permezz ta' paragun bejn l-infiq u l-PGD, sabiex jinħoloq spazju għall-iżvilupp u t-tkabbir tas-settur privat. |
|
— |
Titħaffef il-privatizzazzjoni, u fejn xieraq, il-likwidazzjoni ta' impriżi statali sabiex tissaħħaħ il-governanza korporattiva, jitnaqqas it-telf kważi-fiskali, jingħata kontribut għall-konsolidazzjoni fiskali u jiżdied is-sehem ta' l-attività tas-settur privat. |
|
— |
Titnaqqas ir-riġidità strutturali li tfixkel il-funzjonament tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari b'rabta mar-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol, sabiex jiżdiedu r-rati tal-parteċipazzjoni u ta' l-impjieg. |
|
— |
Titnaqqas l-għajnuna mill-Istat f'paragun mal-PGD u tissaħħaħ il-politika tal-kompetizzjoni sabiex tingħata opportunità għal kompetizzjoni mingħajr distorsjonijiet għall-benefiċċji tal-konsumaturi Serbi. |
|
— |
Tittejjeb is-sistema edukattiva bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet li jrawmu opportunitajiet ta' impjieg u tkabbir ekonomiku fit-tul. |
|
— |
Jittejjeb l-ambjent tal-kummerċ biex jiżdiedu l-investimenti diretti barranin f'oqsma ġodda. |
Standards Ewropej
Suq Intern
Moviment ħieles tal-merkanzija
|
— |
Jissokta l-iżvilupp ta' l-istandardizzazzjoni u, issir it-tħejjija għal adeżjoni sħiħa ma' l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni. |
Il-moviment liberu tal-kapital
|
— |
Il-liberalizzazzjoni ulterjuri ta' movimenti ta' kapital fuq perijodi qosra u medji. |
Dwana u tassazzjoni
|
— |
Jiġi żgurat l-issoktar ta' l-approssimazzjoni ma' l-acquis tal-leġislazzjoni doganali, kif ukoll tat-tassazzjoni u tal-leġislazzjoni fiskali oħra biex tkompli tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta' din il-leġislazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfini, u l-evażjoni fiskali. |
|
— |
It-titjib tat-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni ma' l-UE għall-faċilitazzjoni ta' l-infurzar tal-miżuri li jiprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi. |
Kompetizzjoni
|
— |
Tiġi implimentata l-leġislazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u jiġi żgurat l-iffunzjonar effikaċji ta' l-awtorità għall-monitoraġġ ta' l-għajnuna mill-Istat. |
Politika ta' l-impjiegi u l-politika soċjali
|
— |
Jiġu adottati miżuri biex jiżdiedu l-għadd ta' tfal mill-kommunitajiet kollha li jirreġistraw fl-iskejjel għall-edukazzjoni sekondarja. |
|
— |
Jiġu żviluppati aktar il-linji politiċi ta' l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali. |
|
— |
Jiġi żgurat djalogu soċjali li jiffunzjona u rappreżentattiv. |
|
— |
Isiru sforzi ulterjuri sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà. |
Edukazzjoni u riċerka
|
— |
Jiġi adottat qafas nazzjonali ta' kwalifiki għal taħriġ vokazzjonali u edukattiv; issir il-promozzjoni ta' kooperazzjoni reġjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni għola. |
|
— |
Tiġi adottata politika integrata ta' riċerka. |
Linji politiċi settorjali
SMEs u politika industrijali
|
— |
It-tkomplija ta' l-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Impriżi ż-Żgħar. |
Agrikoltura
|
— |
Jissoktaw l-isforzi għat-tisħiħ ta' l-istrutturi u l-kapaċità amministrattivi meħtieġa għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi agrikoli u ta' żvilupp rurali. |
|
— |
Jissokta t-tisħiħ tal-leġislazzjoni u l-kontrolli veterinarji, sanitarji, fitosanitarji u tal-leġislazzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà alimentari. |
|
— |
Jittejjeb l-immaniġġjar ta' l-iskart u jitnaqqas it-tniġġis agrikolu. |
|
— |
Jissokta t-titjib ta' l-istabbilimenti li jipproċessaw l-ikel sabiex jilħqu l-ħtiġiet ta' l-UE. |
Ambjent
|
— |
Jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar bis-sħiħ tal-leġislazzjoni approssimata mal-leġislazzjoni ta' l-UE. |
|
— |
Jiġu implimentati l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-Protokoll ta' Kyoto. |
|
— |
Jiġu adottati u jibdew jitwettqu strateġiji dwar it-tniġġiż ta' l-arja, l-ġestjoni ta' l-iskart u l-protezzjoni tan-natura. |
|
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali għall-protezzjoni ta' l-ambjent u l-istrateġija ta' l-ilma. |
|
— |
Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità amministrattiva ta' l-istituzzjonijiet ambjentali kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll dak lokali. |
|
— |
Jiġi implimentat pjan multi-annwali għall-finanzjament tal-politika għall-protezzjoni ambjentali, inkluż l-investiment. |
|
— |
Tkun finalizzata l-kostruzzjoni ta' faċilità għat-trattament u għar-rimi sigur ta' skart perikoluż. |
Politika tat-trasport
|
— |
Jitwettaq il-Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iżvilupp ta' Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk u tisaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Osservatorju tat-Trasport ta' l-Ewropa tax-Xlokk. |
|
— |
Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità amminsitrattiva, inkluża t-tħejjija ta' proġetti għal investimenti kbar u l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura. |
|
— |
Tiġi żgurata l-approssimazzjoni ulterjuri tal-leġislazzjoni ma' l-acquis tat-trasport, notevolment fir-rigward ta' l-istandards tekniċi u tas-sikurezza (inkluża l-implimentazzjoni tat-takografija diġitali). |
|
— |
Jiġu implimentati l-impenji skond it-tieni fażi tranżitorja tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni Ewropew ta' l-Avjazzjoni. |
Enerġija
|
— |
Tiġi adottata u implimentata strateġija fuq terminu twil għall-politika ta' l-enerġija ambjentalment sostenibbli. |
|
— |
Titkompla l-implimentazzjoni ta' l-impenji reġjonali u internazzjonali f'dan il-qasam bil-ħsieb li jiġi stabbilit suq reġjonali kompetittiv ta' l-enerġija. |
|
— |
Jitkompla l-iżmuntar tar-reattur ta' riċerka ta' Vinca. |
Soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja
|
— |
Tinbeda l-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid ta' l-UE għall-komunikazzjoni elettronika jitkompla l-allinjament ma' l-acquis ta' l-UE għas-settur awdjoviżiv. |
Kontroll finanzjarju
|
— |
Jiġu żviluppati u implimentati l-prinċipji ta' kontabblità maniġerjali diċentralizzata u sistema ta' verifika interna li taħdem b'mod indipendenti skond l-istandards aċċettati internazzjonalment l-aħjar prattiki ta' l-UE. |
|
— |
Jiġu żviluppati aktar proċeduri u kapaċità amministrattiva biex tiġi żgurata il-protezzjoni effettiva ta' l-interessi finanzjarji tal-KE. |
Statistika
|
— |
Tiġi żviluppata aktar is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità; tiġi attwata l-istatistika agrikola u jiġu żviluppati aktar l-oqsma kollha ta' statistika settorjali. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll fuq il-fruntieri, asil u migrazzjoni
|
— |
Jitkompla it-tisħiħ tal-kapaċità tal-pulzija tal-fruntieri u tas-servizzi doganali, isir titjib fil-faċilitajiet fil-postijiet tal-fruntiera, u tittejjeb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. |
|
— |
Jiġu provduti soluzzjonijiet sostenibbli għall-integrazzjoni tal-persuni li jiġu riammmessi. |
Drogi
|
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ strateġija nazzjonali fil-ġlieda kontra l-abbuż tad-droga. |
Pulizija
|
— |
Jitkompla ir-ristrutturar tas-servizzi tal-pulizija u tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, issir riforma ta' l-edukazzjoni tal-pulizija u tiġi żgurata l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi. |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
|
— |
Jiġi żgurat li tiddaħħal fis-seħħ sistema effettiva ta' protezzjoni tax-xhieda, tittejjeb il-kooperazzjoni reġjonali, tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika u finanzjarja (inklużi l-laundering tal-flus, u l-iffalsifikar tal-flus), il-frodi u l-korruzzjoni, tiġi ffaċilitata l-ħatra ta' uffiċjali ta' kollegament, issekondati mill-Istati Membri ta' l-UE, fil-korpi rilevanti ta' l-istat involuti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Palermo dwar il-kriminalità organizzata tranżnazzjonali. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ministeru ta' l-Intern (partikolarment id-Dipartiment tal-kriminalità organizzata) u jiġu żviluppati proċeduri u l-kapaċità għall-iskambju ta' intelligence bejn l-aġenziji. |
ANNESS 3
PRIJORITAJIET GĦALL-KOSOVO TAĦT L-UNSCR 1244
PRIJORITAJIET GĦALL-PERIJODU QASIR:
Prijoritajiet Ewlenin
|
— |
Titkompla l-ħidma mill-qrib mat-timijiet ta’ ppjanar responsabbli mit-tħejjija tal-missjoni internazzjonali/ta’ l-UE prevista biex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni sħiħa ta’ ftehim. |
|
— |
Issir kooperazzjoni kostruttiva dwar kwistjonijiet relatati mas-Serbja. |
|
— |
Tiġi żgurata kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Internazzjonali Kriminali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja. |
|
— |
Jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għall-Istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi u s-segwitu ta' politika li ma tittollerax il-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-kriminalità finanzjarja. |
|
— |
Tiġi żgurata governanza demokratika ta', u l-provdiment ta' servizzi pubbliċi lill-poplu kollu tal-Kosovo, li tistabbilixxi amministrazzjoni pubblika professjonali, responsabbli, aċċessibbli, rappreżentattiva ħielsa minn interferenza politika bla bżonn. |
|
— |
Tiġi avvanzata r-riforma ta' tmexxija awtonoma u tittejjeb il-kapaċità amministrattiva għall-iffaċilitar tad-deċentralizzazzjoni, b'konsiderazzjoni għall-fehmiet u l-interessi tal-komunitajiet kollha fil-Kosovo, jiġi adottat il-qafas leġislattiv u jiġu allokati riżorsi baġitarji xierqa. |
|
— |
Tinħoloq klima ta' rikonċiljazzjoni, tolleranza inter-etnika u multietniċità sostenibbli li twassal għar-ritorn ta' persuni spostati. Jiġi żgurat ir-rispett, is-sigurtà, il-libertà tal-moviment u l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet kollha. Jiġi kkundannati b'mod espliċitu l-manifestazzjonijiet kollha ta' sentiment kontra l-minoranzi. B'mod vigoruż ssir prosekuzzjon tal-kriminalità kollha inter-etnika. |
|
— |
Jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għal-libertà tar-reliġjon. Tiġi żgurata l-protezzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż u jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' attakki fuq il-postijiet. |
|
— |
Tinħoloq soċjetà ħielsa minn kull xorta ta' diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta' l-integrazzjoni ta' gruppi żvantaġġati. |
|
— |
Jitkompla t-tisħiħ tad-drittijiet ta' proprjetà, il-qafas legali u l-aċċessibbiltà għall-qrati, bil-għan tal-promozzjoni ta' ambjent kummerċjali pożittiv. |
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Istituzzjonijiet proviżorji ta' tmexxija awtonoma
|
— |
Jiġi żgurat il-fuzjonament effikaċji ta' l-assemblea u l-kumitati tagħha, tal-gvern u l-muniċipalitajiet, inkluż ir-rispett sħiħ lejn ir-regoli ta' proċedura rispettivi u l-kodiċi ta' kondotta, u d-drittijiet u l-interessi tal-komunitajiet kollha. |
|
— |
Tiżdied is-superviżjoni eżekuttiva mill-, u r-responsabbiltà u t-trasparenza fi ħdan, l-assemblea. Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva proprja ta' l-assemblea. |
|
— |
Tiġi ppubblikata l-Gazzetta Uffiċjali f'manjiera f'waqtha u l-iżgurar li tkun totalment korretta. Jitjiebu l-kontrolli dwar il-verżonijiet lingwistiċi rispettivi biex jiġi żgurat li jkunu identiċi u jiġi żgurat l-aċċess għall-pubbliku tal-Gazzetta Uffiċjali. |
|
— |
Iżdied aktar ir-rappreżentanza tal-minoranzi fl-istituzzjonijiet kollha u fis-servizz ċivil fil-livell muniċipali u ċentrali. |
Parlament/Elezzjonijiet
|
— |
Jinżammu elezzjonijiet liberi u ġusti. Tissaħħaħ il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali indipendenti u multi-etnika biex jiġu amministrati l-elezzjonijiet f'maniera f'waqtha. |
|
— |
Ikun żgurat li siti adegwati għall-votazzjoni, miżuri ta' sigurtà u oħrajn jiġu provduti lill-komunitajiet kollha għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot tagħhom. Persuni spostati internament u r-refuġjati jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-elezzjonijiet anke jekk il-kapaċità tagħhom ta' ritorn lejn il-Kosovo tkun limitata. |
|
— |
Jittejbu l-kontrolli dwar il-kompattibbilta tal-leġislazzjoni l-ġdida kollha ta' l-UE. |
Amministrazzjoni pubblika
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità tal-kordinazzjoni mill-gvern u d-definizzjoni b'mod aktar preċiż tar-responsabbiltajiet ta' l-awtoritajiet ċentrali u lokali għall-iżgurar tal-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi. Tissaħħaħ l-effiċjenza tal-funzjonijiet tal-gvern għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizz pubbliku. |
|
— |
Jiġu infurzati b'mod rigoruż proċeduri trasparenti dwar ir-reklutaġġ, it-trasferiment, il-valutazzjoni, il-promozzjoni, il-kondotta u t-tkeċċija tal-ħaddiema taċ-ċivil, inklużi l-pulizija, il-persunal tas-sistema ġudizzjarja u tal-ġestjoni finanzjarja. |
|
— |
Jittejjeb l-iffunzjonar u tissaħħaħ l-indipendenza tal-Bord Indipendenti ta' Sorveljanza u l-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi Għolja. |
|
— |
Titjieb il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi pubbliċi bażiċi għall-komunitajiet kollha, inkluż kontribut għat-tnaqqis fid-domanda għas-servizzi provduti minn strutturi paralleli. |
|
— |
Isir progress fil-proċess ta' deċentralizzazzjoni u jiġi adottati, fost l-oħrajn, liġijiet dwar il-gvern lokali u l-fruntieri muniċipali. |
Sistema Ġudizzjarja
|
— |
Jiġu żgurati qrati u uffiċċji ta' prosekuzzjoni effikaċi, indipendenti, responsabbli u imparzjali ħielsa mill-influwenza politika. |
|
— |
Jissaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur biex jiġi żgurat li huwa kapaċi jikkonforma mal-prinċipji ta' l-awtonomija u l-imparzjalità. Jitkompla t-tisħiħ ta' l-Uffiċċju tal-Prosektur Speċjali. Tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' skema effikaċi għall-protezzjoni tax-xhieda. |
|
— |
Jiġu approvati u implimentati liġijiet dwar il-qrati u l-prosekuzzjoni. Tiġi żviluppata sistema ta' ġustizzja amministrattiva u jiġu organizzati l-leġislazzjoni u l-kompetenzi rilevanti. |
|
— |
Tiġi implimentata b'mod sħiħ sistema ta' ġestjoni awtomatizzata tal-każi fil-qrati u fl-uffiċċji ta' prosekuzzjoni kollha. Jitnaqqas ix-xogħol pendenti ta' każi u jsir l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti ċivili. |
|
— |
Jissaħħu l-qrati muniċipali u l-azzjoni tal-pulizija għall-indirizzar, il-prevenzjoni u s-sanzjoni kontra x-xogħol illegali, isir użu u bini ta' proprjetà b'mod imparzjali. |
|
— |
Ikomplu jiġu żviluppati l-edukazzjoni u t-taħriġ legali, partikolarment għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-persunal amministrattiv. L-Istitut Ġudizzjarji jinbidel f'istituzzjoni vijabbli responsabbli mit-taħriġ ġudizzjarju. |
|
— |
Tiġi żviluppata l-kapaċità fil-gvern ħieles minn influwenza politika bla bżonn biex jieħu r-responsabbilitajiet fl-oqsma tal-ġustizzja u ta' l-intern. Tiġi implimentata sistema ta' ħatriet, tkeċċija u promozzjoni tal-karriera għall-imħallfin u l-prosekuturi skond l-istandards Ewropej, ħielsa minn interferenza politika. |
|
— |
Jiżdiedu l-isforzi biex jintlaħqu standards internazzjonali fl-ittrattar ta' talbiet ta' assistenza legali reċiproka f'affarijiet kriminali u talbiet għall-estradizzjoni. |
|
— |
Jissaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja tal-komunitajiet ta' monoranzi u jissaħħu mekkaniżmi bħall-Uffiċċji ta' Kollegament tal-qrati. |
|
— |
Jibqgħu jittieħdu miżuri biex tkun faċilitatat rappreżentanza etnika ekwitabbli ta' imħallfin. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva, il-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-ġudikatura u l-aġenziji kollha tar-rinfurzar tal-liġi. Tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' sistema komprensiva ta' għajnuna legali. |
Politika kontra l-korruzzjoni
|
— |
Tiġi implimentata l-liġi għat-trażżin tal-korruzzjoni u l-pjan kontra l-korruzzjoni. Tissaħħaħ l-aġenzija kontra l-korruzzjoni u jittieħdu miżuri sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ l-indipendenza u l-finzjonament tagħha. |
|
— |
Jiġu integrati l-kompetenzi ta' l-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni, ta' l-Uffiċċju għal Governanza Tajba u tal-Kunsill kontra l-Korruzzjoni. |
Id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi
|
— |
Jitlesta l-qafas leġislattiv u jittejjeb ir-rispett lejn il-mekkaniżmi għall-ħarsien tad-drittijet tal-bniedem u tal-minoranzi skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Tiġi adottata u implimentata Strateġija għad-Drittijiet tal-Bniedem komprensiva. |
|
— |
Jissaħħaħ il-qafas legali fir-rigward tal-libertà ta' l-espressjoni. Il-kummissjoni indipendenti dwar il-medja tingħata r-riżorsi rilevanti sabiex jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet leġislattivi. Titneħħa kwlaunkwe ambigiwità legali fir-rigward ta' l-insult u l-malafama. |
|
— |
Jiġi elett ombudsman u jiġu adottati dispożizzjonijiet legali li jiżguraw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-ombudsman. |
|
— |
Jiġi definit u adottat programm governattiv biex jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa fil-Kosovo. |
|
— |
Tiġi implimentata b'mod effettiv il-leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni. B'mod partikolari, l-unitajiet tad-drittijiet tal-bniedem isiru operattivi b'mod sħiħ, u jiġu żgurati l-indipendenza u l-koordinazzjoni tagħhom ma' l-attivitajiet ta' l-Ombudsman. Jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni sabiex is-settur privat, is-soċjetà ċivili u ċ-ċrieki akkademiċi jiġu mgħarrfa dwar din il-liġi. Tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tal-liġi u jsiru rapporti dwar dan. |
|
— |
Jiġu żviluppati servizzi bbażati fil-komunità u għajnuna lil persuni dipendenti, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali. |
|
— |
Jiġu promossi linji politiċi kontra d-diskriminazzjoni fil-pajjiż kollu, li jindirizzaw lil gruppi kollha f'riskju. |
|
— |
Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni adegwata biex tiġi żgurata protezzjoni legali għat-tfal. |
Drittijiet tal-minoranzi, drittijiet kulturali u l-protezzjoni tal-minoranzi
|
— |
Tiġi infurzata bis-sħiħ il-liġi dwar il-lingwi uffiċjali kif ukoll dwar il-wirt kulturali u jiġi stabbilit mekkaniżmu effikaċi għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tagħha. |
|
— |
Jiġu regolarizzati l-insedjamenti informali. Jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-għoti ta' djar u l-integrazzjoni tal-komunitajiet ta' Roma li qed jgħixu f'kondizzjonijiet perikolużi f'kampijiet u għall-gruppi ta' persuni spostati internament li jgħixu f'ċentri informali. |
|
— |
Jissaħħu l-istrutturi amministrattivi u l-mekkaniżmi ta' responsabbiltà fil-Ministeru tal-Komunitajiet u Persuni li Jirritornaw. Tiġi ċċarata d-diviżjoni tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-persuni li jirritornaw bejn il-Ministeru tat-Governanza Lokali u l-Ministeru tal-Komunitajiet u l-Persuni li Jirritornaw, fuq livelli ċentrali u lokali. Ikompli jiġi żviluppat u implimentat il-qafas strateġiku konġunt dwar il-komunitajiet u l-persuni li jirritornaw u jiġu żviluppati mekkaniżmi fil-livell muniċipali biex tiġi faċilitata l-integrazzjoni sostenibbli tal-persuni li jirritornaw u tal-komunitajiet eżistenti tal-minoranzi. |
|
— |
Jiġi faċilitat u mħeġġeġ ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati mill-komunitajiet kollha u tiġi finalizzata r-riabilitazzjoni ta' proprjetajiet, inklużi s-siti storiċi u reliġjużi, li ġarrbu ħsara jew inqerdu waqt l-avvenimenti ta' Marzu 2004. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
|
— |
Jissaħħu l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin tal-viċinat. |
|
— |
Jiġi implimentat il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) u jittieħed sehem attiv fl-inizjattivi reġjonali rilevanti kollha, fost l-oħrajn, taħt l-awspiċi tal-Patt ta' Stabbiltà, inkluż il-proċess tat-transizzjoni tagħha lejn qafas ta' kooperazzjoni mfassal b'mod aktar partikolari għar-reġjun. |
Kriterji Ekonomiċi
|
— |
Jinżammu linji politiċi fiskali sodi, u partikolarment, jiġi żgurat li l-politiki soċjali li jindirizzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali jkunu konformi mas-sostenibbiltà dejjiema tal-finanzi pubbliċi. |
|
— |
Jiġu stabbiliti miri annwali għar-rati tal-ġbir tal-kontiijiet ta' l-utilitajiet pubbliċi u jiġu definiti u jiġu implimentati strateġiji biex jintlaħqu dawk il-miri. |
|
— |
Isir progress sinifikanti tal-privatizzazzjoni ta' ex-impriżi pubbliċi skond l-iskeda ta' l-Aġenzija Fiduċjarja. |
|
— |
Jittejbu t-tmexxija, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà finanzjarja ta' l-impriżi pubbliċi. Tissaħħaħ ulterjorment l-indipendenza operattiva u finanzjarja ta' l-awtoritajiet regolatorji bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza u l-kompetizzjoni fis-setturi rispettivi. |
|
— |
Jiġu żviluppati u implimentati politiki li jiffaċilitaw it-trasferiment minn impjieg mhux irreġistrat għal impjieg reġistrat sabiex jinħoloq suq uffiċjali tax-xogħol u biex tittejjeb l-effikaċja tal-politiki dwar is-suq tax-xogħol. |
Standards Ewropej
Suq Intern
Moviment liberu tal-merkanzija
|
— |
Jiġi adottat il-qafas leġislattiv orizzontali sabiex tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa għall-operazzjoni korretta u s-segregazzjoni tad-diversi funzjonijiet (regolatorji, ta' standardizzazzjoni, metroloġija ta' l-akkreditazzjoni, valutazzjoni tal-konformità u sorveljanza tas-suq) meħtieġa sabiex l-acquis jiġi applikat għall-moviment liberu tal-merkanzija. |
Moviment liberu tal-kapital
|
— |
Jiġu adottati l-ħtiġiet prudenti adegwati u jissaħħaħ il-proċess superviżorju fis-settur finanzjarju. |
Dwana u tassazzjoni
|
— |
Il-leġislazzjoni doganali tiġi approssimata ulterjorment ma' l-acquis u jitkomplew l-isforzi biex tittejjeb il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni doganali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iffalsifikar u l-kriminalità transkonfini. Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-unità ta' investigazzjoni kriminali. |
|
— |
Jiġu osservati l-obbligi marbutin ma' l-implimentazzjoni ta' miżuri kummerċjali preferenzjali, partikolarment fir-rigward ta' l-oriġini. |
|
— |
Titkompla l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tat-taxxa ma' dik ta' l-acquis ta' l-UE u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-amministrazzjoni tat-taxxa. Tissaħħaħ il-kapaċità tal-ġbir ta' l-amministrazzjoni tat-taxxa u jiżdied id-dħul mit-taxxi. |
|
— |
Jittieħed l-impenn għall-prinċipji tal-Kodiċi tal-Kondotta għat-tassazzjoni tan-negozju u jiġi żgurat li miżuri ġodda tat-taxxa jikkonformaw ma' dawn il-prinċipji. |
Akkwisti pubbliċi
|
— |
Jiġi adattat il-qafas ta' l-akkwisti pubbliċi billi tiġi adottata l-leġislazzjoni implimentattiva meħtieġa biex tiġi żgurata l-kompattibbiltà ma' l-acquis. Jiġi pprovdut qafas istituzzjonali dwar l-akkwisti pubbliċi bil-kapaċità amministrattiva u l-indipendenza titwettaq il-missjoni tiegħu. |
Drittijiet propjetarji intellettwali
|
— |
Tiġi pprovduta l-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja għall-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali u għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
Impjiegi u linji politiċi soċjali
|
— |
Tiġi adottata strateġija dwar l-impjieg, inkluż it-titjib tal-ġbir tad-data dwar kwistjonijiet ta' l-impjieg. |
|
— |
Tittejjeb l-informazzjoni pubblika dwar l-aċċess għal sistemi ta' sigurtà soċjali u jittejbu l-kapaċitajiet muniċipali fi kwistjonijiet dwar assistenza soċjali. |
|
— |
Tiġi emendata l-leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni soċjali u l-iskema dwar il-pensjonijiet. |
|
— |
Issir ir-reviżjoni ta' l-iskema dwar il-benefiċċji soċjali sabiex tiġi żgurata non-diskriminazzjoni rigward il-benefiċjarji. |
Edukazzjoni u riċerka.
|
— |
Jiżdied il-baġit għall-edukazzjoni, b'mod partikolari biex tittejjeb l-infrastruttura skolastika, jintemmu x-xiftijiet tat-tagħlim u jiġi indirizzat in-nuqqas ta' materjal u tagħmir. |
|
— |
Jiġu żviluppati pjanijiet ta' azzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji edukattivi b'aktar djalogu u koordinazzjoni bejn il-livelli kollha u l-partijiet interessati kollha u jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa. |
|
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-leġislazzjoni dwar it-taħriġ vokazzjonali u tinbeda l-implimentazzjoni tal-liġi dwar qafas nazzjonali ta' kwalifiki. |
|
— |
Jitkompla l-iżvilupp ta' qafas nazzjonali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tat-tagħlim. |
|
— |
Jiġi żgurat involviment aħjar fil-programmi ta' l-UE ta' l-edukazzjoni għolja. |
Linji politiċi settorjali
Industrija u SME
|
— |
Tiġi implimentata strateġija fuq terminu medju għall-appoġġ ta' l-iżvilupp ta' l-SMEs, inkluż it-tisħiħ ta' l-aġenżija għall-appoġġ ta' l-SMEs u ta' l-aġenzija għall-promozzjoni ta' l-investiment. Titkompla l-implementazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Intrapriżi Żgħar. |
Agrikoltura u sajd
|
— |
Jiġu ddeterminati responsabbiltajiet ċari fi ħdan is-servizzi differenti fis-settur agrikolu (inklużi l-amministrazzjoni veterinarja u fitosanitarja) u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Ministru ta' l-Agrikoltura, Forestrija u Żvilupp Rurali, il-gvernijiet lokali u fuq il-livell muniċipali. |
|
— |
Tiġi adottata l-liġi dwar l-ikel u l-leġislazzjoni implimentattiva konsegwenti, u tiġi stabbilita l-aġenzija rilevanti biex tiġi implimentata u rinfurzata l-liġi. |
|
— |
Tiġi żgurata l-istruttura operattiva tas-sistema għall-identifikar ta' l-annimali u r-reġistrazzjoni tal-movimenti tagħhom. |
|
— |
Jitfassal pjan għat-titjib ta' l-istabbilimenti agroalimentari. |
Ambjent,
|
— |
Tiġi implimentata l-liġi dwar il-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali adottata mill-Assemblea. |
|
— |
Jiġi implimentat pjan ta' azzjoni ambjentali komprensiv, partikolarment b'rabta ma' kwistjonijiet tas-saħħa pubblika. |
|
— |
Titkompla l-approssimazzjoni ma' l-istandards Ewropej fil-qasam ta' l-ambjent. |
|
— |
Jitkomplew l-isforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet ambjentali. |
Politika dwar it-trasport
|
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-iżvilupp ta' Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk (SEE) li jinkludi l-addendum dwar Żona ta' Trasport Ferrovjarju ta' l-SEE. |
|
— |
Jiġu implimentati l-liġijiet dwar it-trasport bit-triq u dwar is-sigurtà fuq it-toroq u tiġi żviluppata strateġija multimodali tat-trasport. |
|
— |
Jitkompla t-titjib tal-ġestjoni ta' l-assi bbażata fuq id-data għall-manutenzjoni u r-riabilitazzjoni ta' l-infrastrutturi tat-trasport. Tiġi żgurata l-konformità mal-qafas leġislattiv ta' l-UE għall-konċessjonijiet u jittieħdu miżuri biex jiġu atrratti investituri, inkluż permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati, għall-kofinanzjament ta' xogħlijiet infrastrutturali kbar u strateġiċi. |
|
— |
Jiġi żgurat li l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju jkun kompattibbli ma' l-istrateġija għall-iżvilupp ekonomiku. |
|
— |
Jiġi żguat li l-ajruport ta' Pristina jopera fl-livell adegwat ta' sigurtà u jkollu ġestjoni soda u responsabbli. |
|
— |
Tiġi riveduta u mtejba s-sistema tal-liċenzji tas-sewqan u ta' l-ispezzjoni teknika tal-vetturi. |
Enerġija
|
— |
Jiġu żgurati l-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-utilità ta' l-elettriku, notevolment billi jiżdied sostanzjalment il-ġbir tad-dħul u tiġi promossa l-governanza tajba. |
|
— |
Titkompla l-implimentazzjoni ta' l-impenji meħudin fil-qafas tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija. Titkompla t-tħejjija tal-proġett “Kosovo C” għall-ġenerazzjoni u l-forniment ta' l-elettriku b'konformità sħiħa ma' l-acquis kif previst fit-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija. |
Soċjeta ta' l-informazzjoni u l-medja
|
— |
Tiġi adottata u tinbeda l-implimentazzjoni tal-politika dwar in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bil-għan li tiġi nfurzata liberalizzazzjoni sħiħa u jinħoloq ambjent miftuħ u kompetittiv sabiex jiġi mħajjar l-investiment barrani u tittejjeb il-kwalità tas-servizz. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-awtoritajiet regolatorji. Tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħha u tiġi żgurata l-indipendenza operattiva u finanzjarja tagħha. |
|
— |
Jiġi żgurat l-iffinanzjar stabbli u sostenibbli tax-Xandar tas-Servizz Pubbliku RTK, il-Kummissjoni Indipendenti tal-Medja u l-fond tal-medja. |
Kontroll finanzjarju
|
— |
Jitkomplaw l-isforzi biex tiġi implimentata l-istrateġija pubblika ta' kontroll finanzjarju intern u l-liġijiet rilevanti għat-twettiq tal-prijoritajiet ta' terminu medju f'dan il-qasam. |
Statistika
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika u tittejjeb l-indipendenza operattiva u finanzjarja tagħha. Tiġi żgurata l-affidabbiltà ta' l-istatistika inkluż li minn iwieġeb għall-istħarriġ jipprovdi lill-uffiċċju ta' l-istatiska, data ta' kwalità, f'manjiera f'waqtha u mingħajr ħlas. |
|
— |
Jitkompla l-iżvilupp ta' l-istatistika ekonomika u jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta' l-istatistika soċjali. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viżi, kontroll fuq il-fruntieri, asil u migrazzjoni
|
— |
Tittejjeb l-effiċjenza tal-kontroll tal-fluss tal-persuni fil-fruntieri u tittejjeb l-effikaċja u t-trasparenza tad-dipartiment tal-pulizija tal-fruntieri. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji ta' ġestjoni tal-fruntieri u mal-pajjiżi ġirien. |
|
— |
Jiġu stabbiliti postijiet ta' kenn u faċilitajiet ta' lqugħ għal min ifittex l-asil. |
|
— |
Tiġi adottata liġi dwar il-migrazzjoni skond l-istandards Ewropej. Titfassal strateġija u pjan ta' azzjoni dwar il-migrazzjoni, li jindirizzaw b'mod partikolari d-dħul u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni li jirritornaw minn barra l-pajjiż. |
Money laundering
|
— |
Tittejjeb il-kapaċità ta' l-Unità ta' l-Investigazzjoni Finanzjarja fid-direttorat tal-kriminalità organizzata tas-Servizz tal-Pulizija tal-Kosovo (KPS). Jitħarrġu prosekuturi u mħallfin speċjalizzati. Jiġu integrati l-kompetenzi fil-qasam tal-money laudering fl-istituzzjonijiet differenti involuti. |
Drogi
|
— |
Tiġi żviluppata strateġija għall-prevenzjoni tad-droga u pjan ta' azzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tagħha. Tkompli tissaħħaħ il-kapaċità lokali fit-taqsima ta' l-investigazzjoni dwar id-droga. |
Pulizija
|
— |
Tiġi adottata l-liġi dwar il-pulizija. |
|
— |
Tissaħħaħ l-effettività ta' l-investigazzjonijiet dwar il-kriminalità. Tiġi adottata u implimentata l-leġislazzjoni li tistabilixxi l-KPS u jissaħħu l-kapaċitajiet investigattivi u ta' kontroll intern. Tissaħħaħ it-tmexxija tiegħu. |
|
— |
Tiġi adottata strateġija għat-tnaqqis tal-kriminalità u ssir l-implimentazzjoni tagħha. Tiġi żviluppata strateġija għall-ġbir ta' armi, titlesta u tiġi infurzata l-leġislazzjoni relatata ma' l-armi żgħar. |
|
— |
Jiġu stabbiliti strateġija u pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. |
|
— |
Jitkompla l-qafas leġislattiv dwar il-kriminalità organizzata. |
|
— |
Tkompli tissaħħaħ il-kapaċità lokali fid-direttorat għall-kriminalità organizzata fil-KPS. |
|
— |
Jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni u jissaħħu d-dispożizzjonijet u l-istrutturi leġislattivi għal ġlieda aktar effiċjenti kontra t-traffikar tal-bnedmin. |
Protezzjoni tad-data personali
|
— |
Tiġi żviluppata u implimentata liġi komprensiva dwar il-protezzjoni tad-data personali b'konformità ma' l-acquis, b'mod partikolari mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (95/46/KE). Tiġi stabbilita awtorità superviżorja indipendenti għall-protezzjoni tad-data, b'setgħat suffiċjenti kif ukoll b'riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti. |
PRIJORITAJIET GĦALL-PERIJODU MEDJU
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Amministrazzjoni pubblika
|
— |
Tipproċedi b'riforma sostenibbli għall-amministrazzjoni pubblika waqt li jiġu rispettati l-limiti baġitarji. Tittejjeb il-kapaċità ta' l-amministrazzoni lokali li tagħti servizzi b'mod ekwitabbli u effettiv lill-kostitwenzi tagħhom. |
Sistema Ġudizzjarja
|
— |
Jiġi definit u konsolidat korp komplet ta' liġijiet li jirrispetta d-drittijiet u l-interessi tal-komunitajiet kollha, li jitfassal mis-sorsi legali kollha attwalment applikabbli fil-Kosovo. |
|
— |
Jiġi żviluppat mekkaniżmu alternattiv għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti. |
|
— |
Tissaħħaħ is-sistema penitenzjarja b'attenzjoni partikolari għas-sigurtà, il-kontroll, il-ġestjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-iskemi għar-riintegrazzjoni, kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-faċilitajiet. |
Politika kontra l-korruzzjoni
|
— |
Jiġu żviluppati pjani ta' azzjoni settorjali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-problema tal-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika kif ukoll fis-soċjetà ċivili. |
|
— |
Jiġu stabbiliti riżultati tajbin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. |
Id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi
|
— |
Tiġi żgurata l-eżistenza vijabbli tal-komunitajiet tal-minoranza u l-parteċipazzjoni non- diskriminatorja tagħhom fis-soċjetà, waqt li jittieħdu miżuri konkreti biex jiżguraw is-sigurtà, il-libertà tal-moviment kif ukoll il-proviżjoni ġusta ta', u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u universali. |
|
— |
Tiġi implimentata l-liġi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Tiġi żgurata l-integrazzjoni tad-drittijiet tan-nisa fil-politika u fil-leġislazzjoni kollha eżistenti. |
|
— |
Tiġi żviluppata politika integrata ta' konservazzjoni għall-wirt kulturali. Jittieħed impenn attiv fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni ġenerali u r-rispett għall-wirt kulturali. |
|
— |
Jiġi żgurat li l-Aġenzija Kadastrali u l-uffiċċji muniċipali kadastrali joffru aċċess trasparenti u non-diskriminatorju għar-rekords kollha tal-proprjetà u jkollhom mekkaniżmi responsabbli li jiffunzjonaw. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
|
— |
Ikomplu jissaħħu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali, inkluż fil-qasam ta' l-infurzar tal-liġi, inkluż it-trasferiment tal-persuni suspettati u tal-persuni kkundannati u l-assistenza legali reċiproka. |
Kriterji ekonomiċi
|
— |
Ikomplu jissaħħu id-drittijiet ta' proprjetà, l-sstat tad-dritt, u l-aċċessibbiltà għall-qrati, bil-għan li jiġi promoss ambjent kummerċjali pożittiv. |
|
— |
Tiġi żviluppata strateġija għall-privatizzazzjoni, u r-ristrutturar fejn meħtieġ, ta' l-impriżi pubbliċi, bil-għan li jissaħħu t-tmexxija u l-prestazzjoni korporattivi ta' dawn l-impriżi u jitnaqqsu s-sussidji lis-settur ta' l-impriżi. |
|
— |
Jitfasslu u jiġu implimentati linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunità kummerċjali lokali bil-għan li jittejjeb il-proċess ta' tqabbil bejn is-swieq tax-xogħol, u jiżdied is-sehem tal-ħaddiema kapaċi fl-għadd globali ta' ħaddiema. |
|
— |
Jiġu implimentati linji politiċi adatti għal żieda fil-kwantità u l-kwalità ta' l-edukazzjoni fil-livelli kollha. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-esportazzjoni. |
Standards Ewropej
Suq Intern
Moviment liberu tal-merkanzija
|
— |
Titkompla l-approssimazzjoni mad-direttivi b'approċċ globali l-ġdid u dawk b'approċċ antik. |
|
— |
Jiġu adottati l-bqija ta' l-Istandards Ewropej (ENs) |
|
— |
Tiġi stabbilita struttura ta' sorvelljanza tas-suq. |
Dwana u tassazzjoni
|
— |
Titkompla l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tat-taxxa u doganali ma' dik ta' l-acquis UE. Tittejjeb ulterjorment il-kapaċità amministrattiva tas-servizzi tat-taxxa u doganali għat-tisħiħ tal-leġislazzjoni u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfinali u l-evażjoni tat-taxxa. |
Akkwisti pubbliċi
|
— |
Jiġi żgurat li r-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi jitwettqu effettivament fil-livelli kollha minn awtorijatjiet u entitajiet kontraenti, inkluż permezz ta' l-iżvilupp ta' għodda operattiva, il-proviżjoni ta' taħriġ u t-tisħiħ tal-kapaċità amminitrattiva. |
Liġi dwar il-proprjetà intelletwali
|
— |
Jitkompla jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, skond l-istrateġija ta' terminu medju. |
Impjiegi
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-ispettorati tax-xogħol. |
Edukazzjoni u riċerka.
|
— |
Jissaħħu l-mekkaniżmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità fis-settur ta' l-edukazzjoni. |
|
— |
Jitkomplaw l-isforzi bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u s-settur ta' l-edukazzjoni għolja ikun hemm rabta mas-suq tax-xogħol u l-ħtiġiet ekonomiċi. |
|
— |
Tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla. |
|
— |
Jinbeda l-iżvilupp ta' politika li twassal għar-riċerka. |
Linji ta' politika settorjali
Agrikoltura u sajd
|
— |
Tiġi żviluppata politika kif ukoll qafas regolatorju biex tiġi appoġġata riforma vijabbli ta' l-art. Tiġi appoġġata l-protezzjoni ta' l-art agrikola kontra żvilupp urban mhux ippjanat. |
|
— |
Tiġi vvalutata l-konformità ta' l-istabbilimenti agroalimentari mal-ħtiġiet ta' l-UE u jitħejja programm għat-titjib ta' dawk l-istabbilimenti. |
|
— |
Tinbeda azzjoni għall-kontroll effiċjenti tal-produzzjoni tal-pjanti domestiċi, b'mod partikolari għall-prodotti bi ħtiġiet speċifiċi ta' l-UE. |
|
— |
Tiġi żviluppata struttura soda għall-ġestjoni tal-foresti, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti. |
Ambjent,
|
— |
Jittieħdu miżuri għall-infurzar ta' l-ippjanar ta' l-ispazji. |
|
— |
Tittejjeb il-kapaċità istituzzjonali tal-Ministeru ta' l-Ambjent u l-Ippjanar ta' l-Ispazji, tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-korpi amministrattivi responsabbli minn kwistjonijiet relatati ma' l-ambjent. |
|
— |
Jiġu integrati l-kwisitjonijiet ambjentali fil-linji politiċi settorjali, b'mod partikolari dwar l-enerġija u t-trasport. |
Politika tat-trasport
|
— |
Jittieħdu miżuri sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq. |
|
— |
Jiġu ppjanati u implimentati l-manutenzjoni u r-rijabilitazzjoni ta' l-infrastrutturi tat-trasport, inkluża l-kostruzzjoni ta' infrastruttura ġdida, permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati, jekk meħtieġ. |
|
— |
Tiġi żviluppata u implimentata strateġija multimodali. |
Enerġija
|
— |
Jiġu żviluppati l-oqsfa leġislattivi regolatorji li jinkoraġixxu s-sħubiji pubbliċi-privati u l-investimenti mħallta fis-settur ta' l-enerġija skond il-konklużjonijiet ta' l-istudju dwar il-ġenerazzjoni ta' l-investiment. |
|
— |
Tittejjeb ulterjorment il-prestazzjoni ta' l-utilità elettrika u ssir l-integrazzjoni fis-suq reġjonali ta' l-elettriku. |
Soċjeta ta' l-informazzjoni u l-midje
|
— |
Isir allinjament tal-qafas regolatorju u tiġi implimentata l-leġislazzjoni dwar in-netwerks u s-servizzi elettroniċi tal-komunikazzjoni biex jinħoloq ambjent aktar miftuħ u kompetittiv u tissaħħaħ il-pożizzjoni u l-indipendenza operattiva u finanzjarja tar-regolatur tat-telekomunikazzjonijiet. |
Kontroll finanzjarju
|
— |
Taħt il-koordinazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, jiġu żviluppati u jitwettqu l-prinċipji tar-responsabbiltà ta' ġestjoni deċentralizzata u ta' verifiki intern li tiffunzjona indipendentament skond l-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki ta' l-UE permezz ta' leġiżlazzjoni koerenti u kapaċità amministrattiva adegwata. |
|
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità operattiva u funzjonali kif ukoll l-indipendenza finanzjarja ta' l-Istituzzjoni Supremi tal-Verifika. Jiġu segwiti u implimentati r-rakkomandazzjonijiet ta' dawn ta' l-aħħar. |
Statistika
|
— |
Tittejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fis-sistema ta' l-istatistika tal-Kosovo, jiġu żviluppati sistema u dokument ta' ġestjoni tal-kwalità u jiġu standarizzati l-proċeduri ta' produzzjoni u dissiminazzjoni. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll l-fruntieri, ażil u migrazzjoni
|
— |
Tittejjeb ulterjorment il-kapaċità tad-direttorat tal-fruntieri, l-ażil u l-migrazzjoni fil-Ministeru ta' l-Intern. Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità operattiva tas-servizz tal-pulizija tal-fruntieri fis-Servizz tal-Pulizija tal-Kosovo. |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
|
— |
Tiġi implimentati u aġġornata l-istrateġija kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. |
|
— |
Jissaħħu l-kapaċitajiet lokali biex jiġu investigati l-attivitajiet kriminali organizzati. |
|
— |
Jissaħħu l-kapaċitajiet ġudizzjarji għall-prosekuzzjoni u s-smiegħ ta' każijiet ta' kriminalità organizzata u finanzjarja. |
Drogi
|
— |
Tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-kooperazzjoni internazzjonali, biex ir-riżultati tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi jittejbu konsiderevolment. |
Protezzjoni tad-data personali
|
— |
Tiġi implimentata l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data personali b'konformità ma' l-acquis u jiġu żgurati monitoraġġ u infurzar effiċjenti. |