|
5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Frar 2008
dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
(2008/199/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fit-26 ta’ Novembru 2007. |
|
(2) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), huwa approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. MATE