5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Frar 2008

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/198/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tieghu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju ta’ l-2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, ftehim ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“Il-Ftehim”) fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Dan il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea suġġett għal konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni 2006/550/KE (1).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-president tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 217, 8.8.2006, p. 16.