5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/197/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“Il-Ftehim”) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropeja suġġett għal konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/323/KE (1). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizz ta’ l-ajru huwa permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 122, 11.5.2007, p. 30.