5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Frar 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/188/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għal konklużjoni eventwalment possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/695/KE tal-Kunsill (2).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU L 286, 17.10.2006, p. 19.