|
4.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 59/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Frar 2008
dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 669)
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/185/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964, dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u suwini (1), u partikolarment l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u tneħija ta’ Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
L-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epizootiku (OIE) hija organizzazzjoni internazzjonali appuntata skond il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta’ Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji fl-applikazzjoni tal-GATT 1994 li hija responsabbli għat-twaqqif ta’ regoli internazzjonali tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali. Dawn ir-regoli huma pubblikati fil-Kodiċi Internazzjonali tas-Saħħa tal-Annimali. |
|
(3) |
Il-kapitolu tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Saħħa ta’ l-annimali li jitratta l-marda ta’ Aujeszky ġie emendat b’mod sostanzjali. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġu modifikati l-garanziji addizzjonali meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal f’dak li għandu x’jaqsam mal-marda ta’ Aujeszky sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mar-regoli internazzjonali dwar din il-marda u l-kontroll aħjar fil-Komunità. |
|
(5) |
Kriterji jridu jiġu stabbiliti dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar il-marda ta’ Aujeszky, skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(6) |
Il-miżuri provduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dispaċċ tal-majjal intenzjonat għat-tkabbir jew produzzjoni destinati għall-Stati Membri jew reġjuni li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky elenkati fl-Anness I u li ġejjin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew reġjun mhux elenkat f’dak l-Anness huwa awtorizzat soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
il-marda Aujeszky trid tkun notifikabbli b’mod obbligatorju fl-Istat Membru tal-oriġini; |
|
(2) |
pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky, li tissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, trid tkun fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjuni tal-oriġini taħt is-supervizjoni tal-awtorità kompetenti. Miżuri xierqa fuq trasport tal-majjal u movimenti jridu jkunu fis-seħħ kif jitlob dan il-pjan sabiex ikun evitat it-tixrid tal-marda bejn ażjendi ta’ status differenti; |
|
(3) |
fir-rigward għall- ażjendi tal-oriġini tal-majjal:
|
|
(4) |
il-majjal li ser jiġi mċaqlaq:
|
Artikolu 2
Id-dispaċċ ta’ majjal intenzjonat għall-qatla destinati għall-Istati Membri jew reġjuni li huma liberi mill-marda Aujeszky elenkati fl-Anness I u li ġejjin minn kwalunkwe Stat Membru jew reġjun ieħor mhux elenkat f’dak l-Anness, huwa awtorizzat soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’mod obbligatorju fl-Istati Membri tal-oriġini; |
|
(2) |
pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky, li jissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1 (2), irid ikun fis-seħħ fl-Istat Membru jew reġjuni tal-oriġini tal-majjal; |
|
(3) |
il-majjal kollu in kwistjoni jrid jiġi trasportat direttament sal-biċċeriji tad-destinazzjoni u/jew:
|
Artikolu 3
Majjal intenzjonat għat-tkabbir destinat għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi għall-qerda tal-marda Aujeszky kienu approvati u huma fis-seħħ, jridu jew:
|
(1) |
jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew: |
|
(2) |
jiġu minn
|
|
(3) |
tissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 4
Majjal intiż għall-produzzjoni destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi approvati għall-qerda tal-marda Aujeszky huma fis-seħħ, iridu jew:
|
(1) |
jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew |
|
(2) |
jiġu minn:
|
|
(3) |
jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 5
It-testijiet seroloġiċi mwettqa sabiex jimmonitoraw jew isibu l-marda Aujeszky tal-majjal skond din id-Deċiżjoni trid tissodisfa l-istandards li jinstabu fl-Anness III.
Artikolu 6
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 64/432/KEE, informazzjoni dwar it-tfaqqih tal-marda Aujeszky, inklużi detalji ta’ programmi ta’ monitoraġġ u qerda fis-seħħ fi Stati Membri elenkati fl-Anness II u fi Stati Membri oħra jew reġjuni mhux elenkati f’dak l-Anness fejn programmi ta’ monitoraġġ u qerda huma fis-seħħ, jridu jkunu provduti għall-inqas kull sena minn kull Stat Membru skond il-kriterji uniformi li jinstabu fl-Anness IV.
Artikolu 7
1. Mingħajr preġudizzju għall-provedimentl li jinstabu fil-leġislazzjoni Komunitarja li titratta ċ-ċertifikati tas-saħħa, qabel il-kompletazzjoni, għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, tas-sezzjoni Ċ taċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa mid-Direttiva 64/432/KEE, il-veterinarju uffiċjali jrid jistabilixxi:
|
(a) |
l-istatus tal- ażjenda u tal-Istat Membru jew reġjun tal-oriġini tal-majjal in kwistjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky; |
|
(b) |
fil-każ li l-majjal ma joriġinax minn Stat Membru jew reġjun liberi mill-marda, l-istatus tal-ażjenda tal-Istat Membru jew reġjuni tad-destinazzjoni għall-majjal in kwistjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky; |
|
(ċ) |
il-konformità tal-majjal in kwistjoni mal-kundizzjonijiet li jinstabu f’din id-Deċiżjoni. |
2. Għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, iċ-ċertifikazzjoni taħt il-paragrafu 4 tas-Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1 jrid jiġi kompletat u supplementat kif ser jingħad:
|
(a) |
fl-ewwel indent, wara l-kelma “marda:” il-kelma “Aujeszky” trid tiġi miżjuda; |
|
(b) |
fit-tieni inċiż, riferenza trid issir għal din id-Deċiżjoni. Fl-istess linja, n-numru tal-Artikolu ta’ din id-Deċiżjoni, li hija rilevanti għall-majjal in kwistjoni, trid tiġi ikkwotata fil-parentesi. |
Artikolu 8
Stati Membri jridu jiżguraw li meta majjal destinat għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II huma trasportati, dawn ma jiġux f’kuntatt ma’ majjal ta’ status differenti jew mhux magħruf, għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky, waqt trasport jew transitu.
Artikolu 9
Id-Deċiżjoni 2001/618/KE hija mħassra.
Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE.
(3) Ara l-Anness V.
ANNESS I
Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn tilqim huwa projbit
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
|
DK |
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
|
DE |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
|
FR |
Franza |
Dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Nièvre, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines |
|
CY |
Ċipru |
It-territorju kollu |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
|
AT |
L-Awstrija |
It-territorju kollu |
|
SK |
Is-Slovakkja |
Ir-reġjuni kollha |
|
FI |
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
|
SE |
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
|
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha ta’ l-Ingilterra, l-Iskozja u l-Galles |
ANNESS II
Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda Aujeszky jinsabu fis-seħħ
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
|
BE |
Il-Belġju |
It-territorju kollu |
|
ES |
Spanja |
It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja. It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil- Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León. It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji |
|
FR |
Franza |
Id-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord |
|
IT |
L-Italja |
Il-provinċja ta’ Bolzano |
|
NL |
L-Olanda |
It-territorju kollu |
ANNESS III
Standards għat-testijiet seroloġiċi tal-marda Aujeszky — Protokoll għall-enżimi konessi mal-immunosorbent assay (ELISA) għat-tiftixa ta’ antibodies għall-virus tal-marda Aujeszky (il-virus kollu), sal-glycoproteina B (ADV-gB), sal-glycoproteina D (ADV-gD) jew sal-glycoproteina E (ADV-gE)
|
1. |
L-istituti elenkati fil-paragrafu 2(d) jridu jevalwaw testijiet u kits Elisa ADV-gE kontra l-kriterji fil-paragrafi 2(a), (b) u (ċ). L-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru trid tiżgura li l-kits Elisa ADV-gE biss li huma konformi ma’ dawn l-istandards ikunu reġistrati. L-eżamijiet elenkati f’2(a) u (b) jridu jitwettqu qabel l-approvazzjoni tat-test u l-eżami f’2(ċ), għall-inqas, jridu jitwettqu fi żmien wara għall-kull baċċ. |
|
2. |
Standardiżżar, sensitività u speċifikazzjoni tat-test.
|
ANNESS IV
Kriterji dwar l-informazzjoni li trid tiġi provduta dwar il-ġrajja tal-marda Aujkesky (AD) u dwar pjanijiet għall-monitoraġġ u l-qerda ta’ din il-marda, li jridu jiġu provduti skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE
|
1. |
Stat Membru: … |
|
2. |
Data: … |
|
3. |
Perjodu tar-rapport: … |
|
4. |
Numru ta’ ażjendi fejn jinstab l-AD permezz ta’ investigazzjonijiet kliniċi, seroloġiċi jew viroloġiċi: … |
|
5. |
Informazzjoni dwar vaċċini tal-AD, investigazzjonijiet seroloġiċi u kategoriżazzjoni ta’ ażjendi (jekk jogħġbok imla t-tabella annessa):
|
|
6. |
Informazzjoni oħra dwar monitoraġġ seroloġiku f’Ċentri ta’ Inseminazzjoni Artifiċjali, għall-fini ta’ esportazzjoni, fl-istruttura ta’ skemi oħra ta’ sorveljanza, eċċ.: …
… … … |
(1) Programm taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.
(2) Ażjenda tal-majjal fejn testijiet seroloġiċi għall-AD twettqu b’riżultati negattivi skond programm uffiċjali AD u fejn vaċċinazzjoni ġiet applikata fit-12 il-xahar preċedenti.
(3) Ażjendi tal-majjal li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(3).
ANNESS V
DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TA’ L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE |
|
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/746/KE |
Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1 |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/905/KE |
Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 2 |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/270/KE |
L-Artikolu 3 biss |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/130/KE |
|
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/575/KE |
|
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/320/KE |
L-Artikolu 2 u l-Anness II biss |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/768/KE |
|
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE |
Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1 u punt 12 ta’ l-Anness |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE |
|
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE |
Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1 u punt 10 ta’ l-Anness |
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Deċiżjoni 2001/618/KE |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikoli 1(a) u (b) |
Artikolu 1, punti 1 u 2 |
|
Artikolu 1(ċ), l-ewwel sal-ħames inċiż |
Artikolu 1, punti 3(a) sa (e) |
|
Artikolu 1(d), l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 1, punti 4(a) sa (d) |
|
Artikoli 2(a) u (b) |
Artikolu 2 punti 1 u 2 |
|
Artikolu 2 (ċ), l-ewwel sat-tielet inċiż |
Artikolu 2 punti 3(a) sa (ċ) |
|
Artikolu 3(a) |
Artikolu 3, punt 1 |
|
Artikolu 3(b), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 3, punti 2(a) u (b) |
|
Artikolu 3(ċ), l-ewwel sas-sitt inċiż |
Artikolu 3, punti 3(a) sa (f) |
|
Artikolu 4(a) |
Artikolu 4, punt 1 |
|
Artikolu 4(b), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 4, punti 2(a) u (b) |
|
Artikolu 4(ċ), l-ewwel sal-ħames inċiż |
Artikolu 4, punti 3(a) sa (e) |
|
Artikoli 5 sa 8 |
Artikoli 5 sa 8 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
— |
|
— |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
|
Annessi I sa IV |
Annessi I sa IV |
|
— |
Anness V |
|
— |
Anness VI |