1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Frar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 97/107/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer fil-Belġju

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 678)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2008/176/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali [ħnieżer] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/107/KE (2) tawtorizza żewġ metodi (Capteur Gras/Maigre - Sydel (CGM) u Giralda Choirometer PG 200) għall-klassifikar ta’ karkassi tal-ħnieżer fil-Belġju.

(2)

Il-Belġju talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza tliet metodi ġodda għall-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer u ppreżenta r-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni fit-tieni parti tal-protokoll previst fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal [ħnieżer] (3).

(3)

Eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi huma sodisfatti.

(4)

Id-Deċiżjoni 97/107/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 97/107/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1:

“—

l-apparat imsejjaħ ‘VCS 2000’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 3 ta’ l-Anness;

l-apparat imsejjaħ ‘Hennessy Grading Probe (HGP4)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 4 ta’ l-Anness;

l-apparat imsejjaħ ‘Optiscan-TP’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 5 ta’ l-Anness.”

(2)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(2)  ĠU L 39, 8.2.1997, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 97/734/KE (ĠU L 294, 28.10.1997, p. 6).

(3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 97/107/KE, jiżdiedu l-Partijiet 3, 4 u 5 li ġejjin:

“PARTI 3

VCS 2000

1.

Il-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta’ l-apparat magħruf bħala ‘VCS 2000’.

2.

L-apparat VCS 2000 huwa sistema ta’ pproċessar ta’ immaġni biex jiġu determinati awtomatikament il-valuri kummerċjali tan-nofsijiet tal-karkassi tal-majjal. Is-sistema tintuża onlajn fi ħdan is-sistema ta’ produzzjoni tal-biċċerija fejn permezz ta’ sistema tal-kamera n-nofsijiet tal-karkassi jiġu ffilmjati awtomatikament. Id-dejta dwar l-immaġni mbagħad tiġi pproċessata f’kompjuter permezz ta’ softwer ta’ pproċessar ta’ immaġni.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ 38 fattur varjabbli skond il-formula li ġejja:

Ŷ

=

54.078892 + 0,037085 * X5 + 0.256113 * X15 + 0.021655 * X16 + 33.97699 * X59 – 0.149103 * X88 – 0.106705 * X90 – 0.0768985 * X91 – 0.079832 * X95 – 0.079042 * X96 – 0.084983 * X97 + 0.039831 * X107 – 0.681172 * X108 + 0.234541 * X109 – 0.059871 * X113 – 4.149651 * X120 – 36.8824 * X147 – 19.9219 * X149 – 7.512613 * X156 – 0.086669 * X168 – 0.545069 * X171 – 0.386719 * X173 – 0.025001 * X175 – 1.410422 * X186 – 0.32873 * X192 – 0.260074 * X193 – 0.08137 * X196 + 141.2392 * X198 -141 236 * X199 – 12.7862 * X222 – 27.3973 * X227 – 289 576 * X228 + 425.3549 * X233 + 14.62961 * X234 – 0.97067 * X242 – 2.084821 * X243 – 3.11945 * X259 + 14.72706 * X270 – 0.949448 * X273

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X5, X15 … X273 huma l-fatturi varjabbli mkejla bil-VCS 2000.

4.

Deskrizzjonijiet tal-punti tal-kejl u l-metodu ta’ l-istatistika jinsabu fil-Parti II tal-protokoll Belġjan imwassal lill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

Il-formula għandha tkun valida għal karkassi bil-piż bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 4

HENNESSY GRADING PROBE (HGP4)

1.

Il-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta’ l-apparat magħruf bħala ‘Hennessy Grading Probe (HGP4)’.

2.

L-apparat HGP4 għandu jkun mgħammar bi probe bid-dijametru ta’ 5.95 millimetru (u ta’ 6.3 millimetru fix-xafra ta’ fuq tal-probe) li jkun fiha photodiode u photodetector u li jkollha distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ dgħif permezz ta’ l-HGP4 innifsu jew permezz ta’ kompjuter li jkun imqabbad miegħu.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 65.42464 – 1.06279 * X1 + 0.17920 * X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) f’millimetri, imkejla 6 ċm ’l bogħod mil-linja tad-diviżjoni bejn it-tielet u r-raba’ kustilji ta’ l-aħħar

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu f’millimetri, imkejla 6 ċm ’l bogħod mil-linja tad-diviżjoni bejn it-tielet u r-raba’ kustilji ta’ l-aħħar

Il-formula għandha tkun valida għal karkassi bil-piż bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 5

OPTISCAN-TP

1.

Il-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta’ l-apparat magħruf bħala ‘Optiscan-TP’.

2.

L-apparat Optiscan-TP għandhu jkun mgħammar b’imager diġitali li tieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassa. L-immaġnijiet huma l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skond il-metodu taż-żewġ punti ‘Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)’. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ dgħif permezz ta’ l-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti jiġu ssejvjati u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kontrollati. L-interface Bluetooth® integrat jippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 53.04153 – 0.68318 * X1 + 0.23131 * X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X1

=

l-iċken ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) fuq il-musculus gluteus medius f’millimetri

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari f’millimetri, imkejla bħala l-iqsar distanza bejn it-tarf ta’ quddiem (kranju) tal-musculus gluteus medius sat-tarf ta’ fuq (dorsali) tal-kanal ta’ l-ispina

Il-formula għandha tkun valida għal karkassi bil-piż bejn 60 u 130 kilogramma.”