|
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 56/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUSEC/1/2008
tat-12 ta’ Frar 2008
dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
(2008/171/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/406/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 8 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 5 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK, Pierre Michel JOANA nħatar Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2007 Pierre Michel JOANA ppreżenta r-riżenja tiegħu minn Kap tal-Missjoni. |
|
(4) |
Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ippropona l-ħatra ta’ Michel SIDO bħala Kap tal-Missjoni ġdid għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Michel SIDO huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-1 ta’ Marzu 2008.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
M. IPAVIC