20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 44/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2007

dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ l-investiment favur stabbiliment tal-malt (Maltacarrión, SA) ta’ Kastilja u León (C 48/2005)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6897)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2008/140/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ l-ittra ta’ l-1 ta’ Diċembru 2004, l-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw l-għajnuna msemmija skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

(2)

Permezz ta’ l-ittra Nru SG-Greffe (2005) D/207666 tat-22 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (1). Sussegwentement, Spanja nnotifikat l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Jannar 2005.

(3)

Permezz ta’ l-ittra ddata t-13 ta’ Marzu 2006, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-irtirar tal-miżura notifikata. Bi tweġiba għal mistoqsija ġdida tal-Kummissjoni, Spanja kkonfermat, permezz ta’ ittra ddata l-5 ta’ Mejju 2006, li l-ebda għajnuna ma tħallset.

II.   KONKLUŻJONI

(4)

Sad-data li fiha Spanja rċeviet it-talba għall-irtirar, il-Kummissjoni ma kienet għadha ħadet l-ebda deċiżjoni formali dwar in-notifika kkonċernata. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni taċċetta l-irtirar tan-notifika skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2).

(5)

Għaldaqstant, il-proċedura formali ta’ investigazzjoni għandha tingħalaq skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 billi issa din il-proċedura saret superfluwa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, għandha tingħalaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni dwar l-għajnuna għall-promozzjoni ta’ l-investiment fl-istabbiliment tal-malt (Maltacarrión, SA) ta’ Kastilja u León.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ma ġietx ippubblikata minħabba li l-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw l-irtirar tal-miżura qabel il-pubblikazzjoni tagħha.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.