5.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 31/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Jannar 2008

li taġġorna l-Anness A għall-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako

(2008/94/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju ta’ l-24 ta’ Diċembru 2001 bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serena tiegħu l-Prinċep ta’ Monako (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim Monetarju”) jeħtieġ li l-Prinċipat ta’ Monako japplika l-miżuri adottati minn Franza biex jimplimenta ċerti atti Komunitarji dwar l-attività u s-superviżjoni prudenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-prevenzjoni ta’ riskji sistematiċi fis-sistemi ta’ ħlasijiet u ffinalizzar ta’ garanziji. Dawk l-atti huma elenkati fl-Anness A għall-Ftehim. Dak l-anness ġie aġġornat l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/558/KE (2). Għadd ta’ atti fl-Anness A ġew emendati u l-atti ta’ emenda għandhom jiddaħħlu f’dak l-Anness. Għadd ta’ atti Komunitarji ġodda li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju ġew adottati u għandhom jiddaħħlu wkoll fl-Anness A.

(2)

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar il-kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (3), tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u temenda d-Direttiva 86/635/KEE tal-Kunsill (4), li hija diġà fl-Anness A. Għalhekk, tidħol fl-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A.

(3)

Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza kapitali ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) (5) tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk taqa’ fl-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/49/KE tħassar id-Direttiva 93/6/KEE tal-Parlament u tal-Kunsill (6), kif emendata fost oħrajn mid-Direttiva 2002/87/KE (7) u mid-Direttiva 2004/39/KE tal-Kunsill (8), li għalhekk għandha titneħħa mill-Anness A.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (9) kienet imħassra mid-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata mid-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (10) u għalhekk għandha titneħħa mill-Anness A.

(5)

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (11) tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u temenda d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva 2002/87/KE (13), li diġà qegħdin fl-Anness A. Għalhekk din taqa' fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A.

(6)

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) [titlu mhux uffiċjali] (14) tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk taqa' fl-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal fl-Anness A, minbarra t-Titoli III u IV. Id-Direttiva 2006/48/KE tħassar id-Direttiva 2000/12/KE (15), kif emendata fost oħrajn mid-Direttiva 2000/28/KE (16), mid-Direttiva 2002/87/KE u mid-Direttiva 2004/39/KE, li għalhekk għandha titneħħa mill-Anness A. Barra minn hekk, peress li d-Direttiva 2006/48/KE temenda d-Direttiva 2002/87/KE, li hija elenkata fl-Anness A, din għandha tiddaħħal ukoll bħala d-direttiva li temenda din ta’ l-aħħar.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tal-kumpaniji ta’ l-investiment li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta’ l-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ, u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva [titlu mhux uffiċjali] (17) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta’ ħidma tal-kumpaniji ta’ l-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva [titlu mhux uffiċjali] (18), jittrattaw l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jissupplimentaw id-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata mid-Direttiva 2006/31/KE li diġà qiegħda fl-Anness A. Għalhekk, dawn jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandhom jiddaħħlu wkoll fl-Anness A.

(8)

Id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (19); tittratta l-attività u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk taqa' fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness A

(9)

L-Anness A għall-Ftehim Monetarju għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. Għall-finijiet ta’ ċarezza, l-Anness A għandu jinbidel kollu kemm hu.

(10)

Fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat Konġunt bil-ħtieġa li taġġorna l-Anness A għall-Ftehim Monetarju. Il-Kumitat Konġunt ħa nota tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni,

IDDEĊIDIET:

Artikolu Uniku 1

L-Anness A għall-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f'isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern ta’ l-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 142, 31.5.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 219, 10.8.2006, p. 23.

(3)  ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(5)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(6)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.

(10)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60.

(11)  ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

(12)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(13)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(14)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(15)  ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1.

(16)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 37.

(17)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

(18)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(19)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.


ANNESS

1.   86/635/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontiijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra: għal dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

Kif emendata bi:

 

2001/65/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta’ valutazzjoni għall-kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra

(ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

 

2003/51/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi ta’ l-assigurazzjoni

(ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

 

2006/46/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni

(ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

2.   89/117/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-obbligi ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali

(ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40)

3.   2006/49/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza kapitali ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata)

(ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201)

4.   94/19/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti

(ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5)

Kif emendata bi:

 

2005/1/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji.

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

5.   98/26/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement (sald) fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli

(ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45)

6.   2006/48/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) – minbarra t-Titoli III u IV

(ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1)

7.   2001/24/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

(ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15)

8.   2002/47/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali

(ĠU L 168, 27.6.2002, p.43)

9.   2002/87/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

Kif emendata bi:

 

2005/1/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji.

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

 

2006/48/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulata) [titlu mhux uffiċjali]

(ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1)

10.   2004/39/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE – għad-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u minbarra l-Artikoli 15, 31 sa 33 u t-Titolu III

(ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

Kif emendata bi:

 

2006/31/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ żmien.

(ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60)

kif issupplimentata bi:

 

(KE) Nru 1287/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tal-kumpaniji ta’ l-investiment li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta’ l-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ, u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva.

(ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1)

 

2006/73/KE

Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji ta’ l-investiment, u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva.

(ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26)

11.   2000/46/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi

(ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39)