31.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 27/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2008

li taħtar żewġ membri supplenti Spanjoli tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/85/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Żewġ postijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara r-riżenji tas-Sur MUÑOA GANUZA u s-Sur MORALES FEBLES.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huma maħtura bħala membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

is-Sur Iñaki AGUIRRE ARIZMENDI, Secretario General de Acción Exterior, Comunidad Autónoma del País Vasco

u

is-Sur Julio César FERNÁNDEZ MATO, Secretario General de Relaciones Exteriores, Comunidad Autónoma de Galicia.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.