15.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 11/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar ir-regoli sanitarji u ta’ ċertifikazzjoni ta’ tranżizzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ġelatina fotografika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6487)
(It-testi bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)
(2008/48/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa rigward il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 4(4) u 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti sekondarji u pproċessati ta’ l-annimali fil-Komunità sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE (2) tistipula, permezz ta’ deroga minn dik il-projbizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li l-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina prodotta minn materjali li fihom il-kolonna vertebrali bovina kklassifikata bħala materjal tal-Kategorija 1 skond dak ir-Regolament, maħsuba esklussivament għall-industrija fotografika (“ġelatina fotografika”), skond dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Franza għarrfet lill-Kummissjoni li l-fabbrika Kodak f’Chalon sur Saône ma għadhiex timporta ġelatina fotografika mill-Ġappun u l-Istati Uniti skond id-Deċiżjoni 2004/407/KE. |
(4) |
Barra minn hekk, il-format tal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stipulat fid-Deċiżjoni 2004/407/KE għandu jkun kompatibbli mas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata TRACES, introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (3). |
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/407/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/407/KE hi emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Deroga li tikkonċerna l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika B’deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina prodotta minn materjali li fihom il-kolonna vertebrali bovina kklassifikata bħala materjal tal-Kategorija 1 skond dak ir-Regolament, maħsuba esklussivament għall-industrija fotografika (“ġelatina fotografika”), skond din id-Deċiżjoni.”; |
(2) |
l-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 Konformità ma’ din id-Deċiżjoni mill-Istati Membri kkonċernati L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa minnufih sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjioni minnufih dwar dan”; |
(3) |
l-Annessi I u III huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13).
(2) ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11. Verżjoni rettifikata bil-ĠU L 208, 10.6.2004, p. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/311/KE (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 40).
(3) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/515/KE (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 29).
ANNESS
L-Annessi I u III qed jiġu emendati kif ġej.
(1) |
L-Anness I hu mibdul b’dan li ġej: “ANNESS I IL-PAJJIŻI TERZI U L-IMPJANTI TA’ L-ORIĠINI, L-ISTATI MEMBRI DESTINATARJI, IL-POSTIJIET TA’ SPEZZJONI FUQ IL-FRUNTIERA TA’ L-EWWEL DĦUL U FABBRIKI TAL-ĠELATINA FOTOGRAFIKA APPROVATI
|
(2) |
L-Anness III jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS III MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI TA’ ĠELATINA TEKNIKA GĦALL-UŻU MILL-INDUSTRIJA FOTOGRAFIKA Noti
Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |