|
15.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 11/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li taħtar membru Grieg tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/44/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Grieg,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Il-post ta’ membru wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara r-riżenja tas-Sinjura Fofi GENNIMATA, |
IDDEĊIEDA KIF ĊEJ:
Artikolu 1
Hija b’dan nominat fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membru għall-bqija tal-mandat attwali, li jispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2010:
Is-Sinjura Evangelia SCHINARAKI-ILIAKI, Prefett tal-belt ta’ Heraklion fi Kreta.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b’effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. NUNES CORREIA