11.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 8/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2007

li taħtar membru supplenti Finlandiż tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/34/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru supplenti wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Håkan NORDMAN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Martina MALMBERG, president tal-kunsill muniċipali ta’ Inkoo, hija b’dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li huwa sal-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. COSTA


(1)   ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.