|
10.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 6/9 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Diċembru 2007
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(2008/30/KE)
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, (2),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni.,
Wara li kkunsidra l-Konċiljazzjoni Baġitarja tat-13 ta' Lulju 2007,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-“Fond”) biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fil-kummerċ globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mmobilizzat. |
|
(4) |
Il-Ġermanja u l-Finlandja ppreżentaw l-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, minħabba żewġ każijiet ta' tkeċċijiet ta' ħaddiema fis-settur tat-telefonija ċellulari: BenQ fil-Ġermanja u Perlos Oyj fil-Finlandja, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun immobilizzat għal ammont totali ta' EUR 14 794 688.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES