10.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/7


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

(2008/29/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), u b'mod partikolari l-Punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u 23 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tat-23 ta’ Novembru 2007, iż-żewġ naħat ta' l-awtorità baġitarja qablu li jipprovdu parti mill-finanzi meħtieġa għas-Sistema Globali Ewropea ta' Navigazzjoni Satellitari (EGNOS – GALILEO) permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007–2013 skond il-Punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, biex jiżdiedu l-limiti massimi ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-sottointestatura 1a għas-snin 2008 sa 2013 bl-ammont ta' EUR 1 600 miljun fil-prezzijiet attwali. Din iż-żieda tkun ibbilanċjata bit-tnaqqis tal-limitu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-Intestatura 2 għas-sena 2007 bl-istess ammont.

(2)

Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlas, il-limiti annwali għall-ħlas ta' l-approprjazzjonijiet se jiġu aġġustati. L-aġġustament se jkun newtrali.

(3)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq (2),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod huwa sostitwit mill-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Għal dan il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehima msemmija hawn fuq huma maqluba għall-prezzijiet ta' l-2004.


ANNESS

QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 (rivedut)

(EUR miljun - prezzijiet ta' l-2004)

APPROPRIJAZZJONIJIET TA' IMPENN

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total 2007-2013

1.

Tkabbir Sostenibbli

51 267

52 913

54 071

54 860

55 379

56 845

58 256

383 591

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

10 209

11 000

11 306

12 122

12 914

75 550

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

42 863

43 318

43 862

43 860

44 073

44 723

45 342

308 041

2.

Preservazzjoni u Mmanniġġar ta' Riżorsi Naturali

53 478

54 322

53 666

53 035

52 400

51 775

51 161

369 837

li minnhom: infiq li għandu x'jaqsam mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a

Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala attur dinji

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni (1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.

Kumpensi

419

191

190

 

 

 

 

800

TOTAL TA' APPROPRIJAZZJONIJIET TA' IMPENN

119 195

121 971

123 019

123 518

124 018

125 496

127 044

864 261

bħala persentaġġ tal-GNI

1,10  %

1,08  %

1,07  %

1,04  %

1,03  %

1,02  %

1,01  %

1,048  %

TOTAL TA' APPROPRIJAZZJONIJIET TA' IMPENN

115 142

119 805

112 182

118 549

116 178

119 659

119 161

820 676

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06  %

1,06  %

0,97  %

1,00  %

0,97  %

0,97  %

0,95  %

1,00  %

Marġni disponibbli

0,18  %

0,18  %

0,27  %

0,24  %

0,27  %

0,27  %

0,29  %

0,24  %

Limitu Massimu ta' Riżorsi Proprji bħala persentaġġ tal-GNI

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %


(1)  L-infiq fuq pensjonijiet inkluż taħt il-limitu massimu għal din l-intestatura huwa kkalkulat nett mill-kontribuzzjonijiet ta' l-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' € 500 miljun bil-prezzijiet ta' l-2004 għall-perijodu 2007-2013.