15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 187/187


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

ta' l-24 ta' April 2007

dwar l-egħluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2005

(2008/538/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2005 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0116/2007),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 huma kif ġejjin:

Kont ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2005

(f'EUR 1000)

 

2005

2004

Dħul

 

 

Sussidju tal-KE

261 009

231 909

Rkupru ta' spejjeż (użu mill-ġdid tat-Titolu III)

546

1 229

Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi (użu mill-ġdid tat-Titoli I u II)

210

181

Dħul operattiv ieħor

1 076

6 113

Dħul operattiv totali

262 841

239 432

Nefqa

 

 

Nefqa amministrattiva

 

 

Spejjeż ta' l-istaff

15 727

17 575

Spejjeż amministrattivi oħra

7 212

6 290

Nefqa operattiva

 

 

Immaniġġjar ċentralizzat dirett

243 442

268 965

Nefqa amministrattiva u operattiva totali

266 381

292 830

Bilanċ favorevoli/(Defiċit) mill-attivitajiet operattivi

-3 540

-53 398

Dħul straordinarju

0

738

Telf straordinarju

0

-1 269

Riżultat ekonomiku tas-sena

-3 540

-53 929

Sors: Informazzjoni ta' l-Aġenzija – Din it-tabella tiġbor fil-qosor id-dejta provduta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

2.

Japprova l-għeluq tal-kotba ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2005;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex jagħmlu arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Harald RØMER


(1)  ĠU C 266, 31.10.2006, p. 7.

(2)  ĠU C 312, 19.12.2006, p. 18.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1756/2006 (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 18).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.