23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/15 |
Rettifika għad-Dikjarazzjoni tad-dħul u nfiq ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura għas-sena finanzjarja 2007 – Baġit ta’ Emenda 2
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 2, ta' l-4 ta' Jannar 2008 )
F'paġna 231, il-linja li ġejja għanda tiġi miżjuda fit-tabella:
“ |
Sussidju tal-Komunità Ewropea fuq il-bażi tal-qasam tal-politika dwar ir-Relazzjonijiet Esterni |
235 316 |
1 035 684 |
1 271 000 ” |
F'paġna 233, it-test li ġej għandu jiġi miżjud:
“ |
Sussidju tal-Komunità Ewropea fuq il-bażi tal-qasam tal-politika dwar ir-Relazzjonijiet Esterni
Kummenti Deċiżjoni 2005/56/KE tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-ġestjoni ta' l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – skond ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35), kif emendat bid-Deċiżjoni 2007/114/KE (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 21). B’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 ta’ din id-Deċiżjoni, sussidju destinat għal din l-aġenzija huwa mniżżel fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Id-dħul imniżżel jikkorrispondi għas-sussidju previst fil-punt 19 01 04 30 tat-Taqsima III ‘Kummissjoni’ tal-baġit ġenerali.” |