19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 73/10


OPINJONI TAL-KUNSILL

ta' l-4 ta’ Marzu 2008

dwar il-programm ta' stabbiltà ta' Ċipru, 2007-2011

(2008/C 73/03)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fl-4 ta' Marzu 2008 l-Kunsill eżamina l-ewwel programm ta' stabbiltà ta' Ċipru, li jkopri l-perijodu mill-2007 sa l-2011 (2).

(2)

Matul l-aħħar għaxar snin, Ċipru kien ikkaratterizzat bi tkabbir ekonomiku sod, għalkemm b'ċaqliq f'xi snin, li jirrifletti l-espożizzjoni ta' ekonomija miftuħa żgħira għal xokkijiet esterni.

Il-politika fiskali mhux minn dejjem ħadet vantaġġ minn kundizzjonijiet ċikliċi favorevoli biex tikseb miri baġitarji viċin għall-bilanċ jew b'bilanċ favorevoli, li jipprovdu marġni ta' sikurezza għal ċaqliq normali, u jippermettu stabilizzanti awtomatiċi biex joperaw bis-sħiħ waqt xejriet ekonomiċi negattivi. Dan jagħfas fuq il-ħtieġa li tiġi evitata pożizzjoni pro-ċiklika waqt żminijiet tajba. Matul l-aħħar erba' snin l-awtoritajiet Ċiprijotti adottaw konsolidazzjoni fiskali ta' suċċess imsejsa l-aktar fuq id-dħul, li ġabet magħha lid-defiċit ġenerali tal-gvern minn 6,5 % tal-PGD fl-2003 għal 1,2 % fl-2006. Abbażi ta' kompożizzjoni ta' tkabbir b'taxxa għolja probabbilment transitorja, li ġabet magħha dħul tal-Gvern eċċezzjonalment għoli, il-bilanċ tal-baġit huwa attwalment stmat b'bilanċ favorevoli ta' 1,5 % tal-PGD fl-2007. Barra minn hekk, id-dejn naqas minn 69 % tal-PGD fl-2003 għal madwar 60 % fl-2007. It-trażżin limitat fin-nefqa primarja attwali u l-karattru probabbilment transitorju li l-effetti ta' kompożizzjoni jista' jkollhom fiż-żieda riċenti fid-dħul mit-taxxi, jenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-kontroll tan-nefqa. Dan jgħin biex jistabbilixxi l-ekonomija fil-kuntest il-ġdid tas-sħubija fiż-żona euro. Ir-riforma tas-sistema tal-pensjoni u l-implimentazzjoni f'waqtha tar-riformi adottati tal-kura tas-saħħa wkoll jikkontribwixxu għall-kontroll ta' l-infiq primarju, filwaqt li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul.

(3)

Ix-xenarju makroekonomiku sottostanti l-programm jipprevedi li t-tkabbir reali tal-PGD ser jimmodera ftit minn 4,2 % fl-2007 għal madwar medja ta' 4 % matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Meta mqabbel mat-tagħrif disponibbli bħalissa (3), dan ix-xenarju jidher li huwa msejjes fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawsibbli sa l-2009, filwaqt li għal wara dawn jidhru li huma xi ftit għolja. Il-projezzjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru li huma realistiċi iżda fl-isfond ta' l-aħħar żviluppi fil-prezzijiet taż-żejt u ta' l-ikel fuq livell internazzjonali, il-bilanċ tar-riskji jxeqleb pjuttost 'il fuq.

(4)

Għall-2007, il-programm ta' stabbiltà jistma li l-bilanċ pożittiv tal-gvern ġenerali jkun 1,5 % tal-PGD, aktar minn 3 punti perċentwali tal-PGD aħjar mill-mira ta' defiċit ta' 1,6 % tal-PGD stabbilit fl-aħħar aġġornament tal-programm ta' konverġenza. Il-bidla mmarkata fl-2007 hija attribwita għal żieda eċċezzjonali fid-dħul totali, l-aktar minħabba dħul mit-taxxa għoli ħafna li rriżulta mill-profittabbiltà qawwija tas-settur tal-finanzi u l-investiment li qed dejjem jikber fil-proprjetà immobbli. Parti miż-żieda fil-bażi tat-taxxa u fid-dħul assoċjat ma tidhirx li ser tkun permanenti. Ir-riżultat stmat għall-2007 jirrispetta l-istedina fl-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-aħħar aġġornament tal-programm ta' konverġenza (4) biex “tiġi implimentata t-triq ta' konsolidazzjoni fiskali kif previst fil-programm.”

(5)

Fid-dawl ta' riżultat aħjar minn dak mistenni għall-2007, il-miri baġitarji ppreżentati fil-programm ta' stabbiltà huma mtejba ħafna meta mqabbla ma' dawk fl-aħħar aġġornament tal-programm ta' konverġenza meta wieħed iqis l-isfond makroekonomiku li baqa' ġeneralment l-istess. Il-programm ta' stabbiltà jressaq għan għat-terminu medju (MTO) aktar ambizzjuż ta' pożizzjoni bilanċjata f'termini strutturali (jiġifieri f'termini aġġustati ċiklikament mingħajr miżuri ta' darba u miżuri temporanji), mqabbla ma' defiċit strutturali ta' 0,5 % tal-PGD ta' qabel. L-istrateġija baġitarja fil-programm ta' stabbilta għandha l-għan li tikseb dan l-MTO ġdid, li diġà nkiseb aktar minnu fl-2007, matul il-perijodu tal-programm. Il-bilanċ pożittiv tal-gvern ġenerali huwa mbassar li jonqos għal 0,7 % tal-PGD sa l-2011, minn 1,5 % fl-2007; f'termini primarji, it-tnaqqis jidher aktar, minn 4,7 % għal 2,8 % tal-PGD fl-2011. It-tnaqqis tal-bilanċ favorevoli jirrifletti tnaqqis fis-sehem tad-dħul totali fil-PGD b'1,25 punti perċentwali minħabba li n-nefqa totali hija ppjanata li tonqos b'0,25 ta' punt perċentwali biss tal-PGD.

Dan ta' l-aħħar jirrifletti l-aktar tfaddil importanti fuq in-nefqa ta' l-interessi minħabba li n-nefqa primarja hija stipulata li tiżdied b'0,25 ta' punt perċentwali, u minħabba li t-tnaqqis fin-nefqa fuq il-kumpens għall-impjegati, is-sussidji u l-investiment pubbliku huwa kkumpensat aktar milli meħtieġ biż-żidiet fil-pagamenti soċjali u nfiq ieħor. It-tnaqqis fid-dħul totali huwa kkonċentrat fl-2008 (1,5 punti perċentwali tal-PGD), minħabba li nofs iż-żieda straordinaja tad-dħul fl-2007, li tammonta għal 1,5 % tal-PGD, mhix mistennija tibqa' fl-2008. Id-dejn gross tal-gvern, stmat għal 60 % tal-PGD fl-2007, huwa proġettat li jonqos bi 11,5 punti perċentwali tal-PGD fl-2008 għal 48,5 % tal-PGD. Dan huwa kawża l-aktar ta' bilanċ favorevoli primarju għoli u aġġustament kbir fil-fluss ta' l-istokk li jnaqqas id-dejn, li rriżultaw minn tnaqqis kbir fl-assi finanzjarji assoċjati mal-fondi li qed jonqsu. Minn hemm 'il quddiem, il-proporzjon tad-dejn mal-PGD huwa proġettat li jkompli jonqos bi 8 punti perċentwali tal-PGD matul il-perijodu tal-programm għal 40,4 % sa l-2011.

(6)

Ir-riżultati baġitarji fl-2008 u l-2009 jistgħu jkunu aħjar milli proġettat fil-programm, iżda aktar tard, agħar. Il-programm jassumi li parti biss mid-dħul ta' l-2007, li kienu aħjar milli kien mistenni, tinġarr fis-snin sussegwenti. Anki jekk hemm inċertezza minħabba n-nuqqas ta' data aktar dettaljata, jidher li jeżisti ambitu għal grad ogħla ta' riport, b'mod speċjali fl-2008 u l-2009. Riskju negattiv għad-dħul joħroġ mill-fatt li x-xenarju makroekonomiku fih projezzjonijiet favorevoli għal tkabbir tal-konsum privat fis-snin lejn l-aħħar tal-programm. Id-dipendenza fuq il-limiti għan-nefqa, li ġew introdotti reċentement, fl-2006, fiha riskju ieħor minħabba li l-kopertura tagħhom mhijiex kompluta u b'mod partikolari l-mekkaniżmi ta' infurzar mhumiex speċifikati fid-dettall.

(7)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, il-qagħda baġitarja tal-programm tidher biżżejjed biex jinżamm l-MTO l-ġdid matul il-perijodu tal-programm, kif previst fil-programm. Id-dħul ta' 1,5 % tal-PGD meqjus mill-programm bħala temporanju, anki jekk probabbilment ikun tranżitorju fin-natura tiegħu, ma jikkwalifikax bħala ta' darba u mhux meqjus mis-servizzi tal-Kummissjoni. Meta wieħed iqis iż-żminijiet tajba, it-tnaqqis strutturali fil-bilanċ favorevoli ta' aktar minn punt perċentwali wieħed tal-PGD fl-2008, minn 1,75 % tal-PGD tas-sena ta' qabel, jista' jimplika pożizzjoni fiskali pro-ċiklika, li ma tkunx konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Madankollu, il-konsiderazzjoni mill-Gvern li ż-żieda fid-dħul fl-2007 tista' tkun biss parzjalment permanenti tirrifletti strateġija baġitarja prudenti, li skondha d-dħul minn kompożizzjoni ta' tkabbir partikolarment intensiva fit-taxxi m'għandhiex iżżid nefqa permanenti addizzjonali. Anki jekk id-deterjorament ippjanat tal-pożizzjoni baġitarja meta mqabbel ma' l-2007 jirrifletti, fil-biċċa l-kbira, normalizzazzjoni mistennija ta' dħul mit-taxxa, jeżisti riskju li l-qagħda fl-2008 tista' tkun waħda pro-ċiklika, meta wieħed iqis ir-riskji assoċjati ma' l-infurzar tal-limiti għan-nefqa.

(8)

Ċipru jidher li jinsab espost ħafna għar-riskju rigward is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-impatt baġitarju fit-tul ta' popolazzjoni li qed tixjieħ huwa fost l-ogħla fl-UE, influwenzat partikolarment minn żieda konsiderevoli fin-nefqa fuq il-pensjonijiet bħala parti mill-PGD. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2007 kif stmata fil-programm tikkontribwixxi għall-kumpens ta' parti mill-impatt baġitarju proġettat għat-tul u pjuttost kbir ta' popolazzjoni li qed tixjieħ, iżda mhix biżżejjed biex tkoprih. Iż-żamma ta' bilanċi favorevoli primarji għoljin u l-adozzjoni ta' miżuri ta' riforma fil-pensjoni mmirata li trażżan iż-żieda sinifikanti fl-infiq relatat ma' l-età, kif maħsub attwalment, jikkontribwixxu għat-tnaqqis fir-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(9)

Il-programm ta' stabbiltà jidher li huwa konsistenti sewwa mar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali. B'mod partikolari, il-projezzjonijiet baġitarji jinkludu l-ispiża baġitarja tal-proġetti u miżuri varji inklużi fil-programm ta' riforma nazzjonali, per eżempju t-trawwim ta' ekonomija msejsa fuq l-għarfien, il-promozzjoni tar-R&D, it-tisħiħ ta' l-iżvilupp tal-kapital uman.

(10)

L-istrateġija baġitarja fil-programm hija konsistenti b'mod ġenerali mal-linji ta' gwida tal-politika ekonomika wiesgħa speċifika għall-pajjiż inklużi fil-linji ta' gwida integrati u l-linji ta' gwida għall-Istati Membri taż-żona euro fil-qasam tal-linji politiċi baġitarji maħruġa fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' Lisbona.

(11)

Fir-rigward tal-ħtiġiet tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data rikjesta kollha u l-biċċa l-kbira tad-data mhux obbligatorja (5).

Il-konklużjoni ġenerali hija li l-istrateġija baġitarja fil-programmi għandha tkun biżżejjed biex iżżomm pożizzjoni baġitarja soda u stabbiltà makroekonomika matul il-perijodu. Il-programm iressaq MTO aktar ambizzjuż ta' pożizzjoni bilanċjata f'termini strutturali (meta mqabbel ma' defiċit ta' 0,5 % tal-PGD preċedenti), li diġà nkiseb aktar minnu fl-2007. Dan huwa r-riżultat ta' żieda mhux mistennija fid-dħul totali b'aktar minn 3 punti perċentwali tal-PGD, spjegat l-aktar mill-effetti ta' kompożizzjoni assoċjati mal-profittabbiltà b'saħħitha tas-settur finanzjarju u l-investiment sod fil-proprjetà immobbli, li l-programm jipproġetta li ser imorru lura għal xejriet storiċi fis-snin li ġejjin. Il-miri baġitarji, li huma sinifikament aħjar milli kif kienu fil-programm preċedenti, jistgħu jinqabżu fl-2008 u l-2009, meta wieħed iqis il-bażi aħjar ta' l-2007.

Minn hemm 'il quddiem, dawn jistgħu jkunu agħar minħabba s-suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli. Anki jekk it-tnaqqis ippjanat tal-bilanċ favorevoli baġitarju meta mqabbel ma' l-2007 jirrifletti, fil-biċċa l-kbira, normalizzazzjoni mistennija ta' dħul mit-taxxa, jeżisti riskju li l-qagħda fl-2008 tista' tkun waħda pro-ċiklika. Il-livell tad-dejn huwa proġettat li jonqos b'mod sinifikanti, b'mod speċjali fl-2008. Meta wieħed iqis iż-żieda proġettata fin-nefqa relatata ma' l-età, ir-riforma fis-sistema tal-pensjoni u l-implimentazzjoni f'waqtha ta' riformi adottati fil-kura tas-saħħa, ikollhom effett pożittiv fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li jidher li huma f'riskju għoli.

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, Ċipru qed jiġi mistieden biex:

(i)

jevita l-linji politiċi fiskali pro-ċikliċi billi jtejjeb aktar il-kontroll ta' l-infiq attwali, filwaqt li japprofitta mid-dħul mhux ippjanat biex ikompli jnaqqas id-dejn;

(ii)

irażżan in-nefqa pubblika, l-aktar billi jirriforma s-sistema tal-pensjoni u jimplimenta fil-waqt ir-riformi adottati fil-kura tas-saħħa sabiex itejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

Tqabbil tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin

 

2006

2007

2008

2009

2010

2011

PGD reali

(% bidla)

PS Diċ 2007

3,8

4,2

4,1

4,0

4,0

4,0

COM Nov 2007

3,8

3,8

3,9

3,9

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

3,7

3,9

4,1

4,1

4,1

m.a.

Inflazzjoni ta' l-IAPK

(%)

PS Diċ 2007

2,2

2,2

2,5

2,0

2,0

2,0

COM Nov 2007

2,2

2,0

2,3

2,1

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

2,4

2,5

2,4

2,0

2,0

m.a.

Differenza fil-produzzjoni (6)

(% tal-PGD potenzjali)

PS Diċ 2007

– 1,0

– 0,7

– 0,6

– 0,6

– 0,4

0,0

COM Nov 2007 (7)

– 1,4

– 1,1

– 0,8

– 0,6

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

– 1,0

– 1,1

– 1,1

– 1,1

– 1,1

m.a.

Self nett fir-rigward għall-bqija tad-dinja

(% tal-PGD)

PS Diċ 2007

– 5,9

– 6,6

– 6,5

– 6,3

– 5,9

– 5,6

COM Nov 2007

– 5,7

– 5,8

– 5,7

– 5,5

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

– 6,4

– 5,8

– 5,4

– 4,8

– 4,2

m.a.

Bilanċ ġenerali tal-gvern

(% tal-PGD)

PS Diċ 2007

– 1,2

1,5

0,5

0,5

0,7

0,7

COM Nov 2007

– 1,2

– 1,0

– 0,8

– 0,6

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

– 1,9

– 1,6

– 0,7

– 0,4

– 0,1

m.a.

Bilanċ primarju

(% tal-PGD)

PS Diċ 2007

2,1

4,7

3,4

2,9

2,9

2,8

COM Nov 2007

2,1

2,2

2,2

2,2

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

1,4

1,4

2,1

2,1

2,2

m.a.

Bilanċ aġġustat ċiklikament (6)

(% tal-PGD)

PS Diċ 2007

– 0,8

1,8

0,7

0,7

0,8

0,7

COM Nov 2007

– 0,7

– 0,6

– 0,5

– 0,4

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

– 1,5

– 1,2

– 0,3

0,0

0,3

m.a.

Bilanċ strutturali (8)

(% tal-PGD)

PS Diċ 2007

– 0,8

0,3

0,7

0,7

0,8

0,7

COM Nov 2007

– 0,7

– 0,6

– 0,5

– 0,4

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

– 1,9

– 1,2

– 0,3

0,0

0,3

m.a.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PGD)

PS Diċ 2007

65,2

60,0

48,5

45,3

43,8

40,5

COM Nov 2007

65,2

60,5

53,3

49,6

m.a.

m.a.

PK Diċ 2006

64,7

60,5

52,5

49,0

46,1

m.a.

Programm ta' Konverġenza (KP); Programm ta' Stabbiltà (PS); Tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p.1). Id-dokumenti kollha msemmija f'dan it-test jinstabu fuq is-sit web li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.

(2)  L-aġġornament ġie ppreżentat ġimgħa wara l-skadenza ta' l-1 ta' Diċembru ffissata fil-kodiċi ta' kondotta

(3)  Il-valutazzjoni tieħu kont b'mod partikolari tal-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2007 u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru tal-programm ta' riforma nazzjonali.

(4)  ĠU C 71, 28.3.2007, p. 16.

(5)  B'mod partikolari, d-data tal-kont kapitali għas-snin 2007-2011 fl-iskeda ta' bilanċi settorali m'hijiex ipprovduta, li jagħmel il-valutazzjoni aktar diffiċli.

(6)  Id-differenzi fil-produzzjoni u l-bilanċi aġġustati ċiklikament mill-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi.

(7)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 3,5 %, 3,5 %, 3,6 % u 3,7 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.

(8)  Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra. Ma hemmx miżuri ta' darba jew miżuri temporanji oħrajn skond it-tbassir tal-ħarifa tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-programm ta' stabbiltà jqis id-dħul fl-2007 li jammonta għal 1,5 % tal-PGD bħala ta' darba biss. Anki jekk tranżitorju fin-natura tiegħu, dan l-ammont ta' dħul ma jikkwalifikax bħala ta' darba biss skond is-servizzi tal-Kummissjoni.

Sors:

Programm ta' Konverġenza (KP); Programm ta' Stabbiltà (PS); Tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.