|
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/85 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1574/2007
tal-21 ta’ Diċembru 2007
li jiffissa l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ xi prodotti mis-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-somma ta’ l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fil-Komunità matul is-sena tas-sajd li tiġi qabel is-sena kkonċernata. |
|
(2) |
Sabiex jiġi skorraġġit il-ħżin fit-tul, jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f’pagament wieħed. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2008, l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat, imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolamemt għandu jkun kif ġej:
|
— |
L-ewwel xahar: EUR 210/tunnellata |
|
— |
It-tieni xahar: EUR 0/tunnellata |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).