22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1565/2007

tal-21 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 26(3)(a) u l-Artikolu 29(1) tieghu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (2), approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3) tipprovdi għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ bilaterali fil-ġobon mill-1 ta’ Ġunju 2007, wara perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin.

(2)

B’dan il-mod, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jistipula regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u kwoti tariffarji tal-bidu (4), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 487/2007 (5), ma għadux jipprevedi kwoti ta’ importazzjoni u dazji ta’ importazzjoni fuq il-ġobon li joriġina mill-Iżvizzera. F’dan il-kuntest u fid-dawl tal-flessibbiltà għar-rekwiżit ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni introdott fl-Artikolu 26(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (6), huwa xieraq li tiġi abbolita l-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni għall-ġobon kollu importat mill-Iżvizzera.

(3)

L-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprevedi li l-importazzjoni tal-prodotti mill-ħalib tiġi ġestita abbażi ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel”, skond l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7). Din is-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri tagħha jneħħu l-bżonn tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u għalhekk il-preżentazzjoni tagħhom għandha tiġi rtirata.

(4)

Ċerti liċenzji għall-ġobon li joriġina mill-Iżvizzera u għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib taħt il-kwoti ġestiti abbażi ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel” kif imsemmi fil-Kapitolu Ia tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 xorta se jibqgħu validi sa l-1 ta’ Jannar 2008. L-obbligi li ddaħħlu fl-ambitu ma’ dawk il-liċenzji għandhom jiġu onorati, jekk le, il-garanzija mogħtija tintilef. Billi minn dik id-data tali importazzjoni tista’ sseħħ mingħajr liċenzja u mingħajr spejjeż marbura magħha, għandu jkun possibli li l-importaturi detenturi ta’ tali liċenzji, u li ma jkunux użawhom totalment sa dik id-data, ikunu jistgħu jitolbu u jiksbu r-rilaxx tal-garanziji ppreżentati.

(5)

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika tal-kwota tariffarja tal-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL anness mal-GATT 1994 (8), approvat b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/867/KE tas-20 ta’ Diċembru 2007 (9) jipprovdi emendi fil-kwota tariffarja għall-butir li inkluż fl-Iskeda CXL/Komunitajiet Ewropej, konkluż fil-Laqgħat tal-Urugwaj ta’ negozjati kummerċjali multilaterali. L-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat b’dan il-mod.

(6)

L-Anness IV u V tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprevedi mekkaniżmu kumpless u proċedura laborjuża ta’ verifika tal-konformità tal-kontenut tax-xaħam kemm fin-New Zealand kif ukoll fil-Komunità. Id-deskrizzjoni adottata dan l-aħħar tal-kwota, li twessa’ l-firxa tal-kontenut tax-xaħam minn 80 – 82 % għal 80 – 85 % tippermetti simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-verifika, partikolarment billi tiġi rtirata l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-verifika tal-kontenut tax-xaħam ibbażat fuq id-devjazzjoni standard tal-proċess tipika. Barra minn hekk tali simplifikazzjoni tikkonsisti fi tnaqqis sostanzjali tal-piż amministrattiv u l-ispejjeż għaż-żewġ Partijiet, u tiffaċilita l-aċċess għall-kwota kemm għall-esportaturi kif ukoll għall-importaturi.

(7)

L-Artikolu 33(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprevedi li l-korp li joħorġ iċ-ċertifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat IMA 1 qabel il-prodott li dan ikopri jitlaq mit-territorju tal-pajjiż li minnu qed jinħareġ. Il-butir li jaqa’ taħt is-sena tal-kwota 2008 jista’ jiġi ttrasportat lejn in-New Zealand minn Novembru 2007. Billi huwa impossibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ġodda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 kif emendat b’dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ tali trasport ta’ prodotti, u l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ġodda jeħtieġu ftit taż-żmien, l-Artikolu 33(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 m’għandux japplika għall-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008.

(8)

Fl-istess waqt huwa xieraq li tiġi aġġornata xi dejta dwar il-korp tal-ħruġ tan-NZ fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skond dan.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/651/KE (10) stabbiliet id-devjazzjoni standard tal-proċess tipika tal-kontenut tax-xaħam fil-butir importat min-New Zealand sabiex tiffaċilita l-verifiki skond l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. Skond l-arranġament il-ġdid li jipprevedi estensjoni għad-deskrizzjoni tal-kwoata għall-butir mhux immellaħ, huwa possibbli li tiġi abbandunata l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-verifika u konsegwentement il-proċedura kumplikata tad-devjazzjoni standard tal-proċess tipika. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2001/651/KE saret inutli u għandha titħassar.

(11)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jitbiddel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, u ħlief kif previst xorta oħra f’dan ir-Regolament, l-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tal-ħalib għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.”;

(2)

L-Artikolu 19a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jitbiddel b’dan li ġej:

“2.   L-importazzjonijiet skond il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ importazzjoni.”;

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar.

(3)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) jitbiddel b’dan li ġej:

“(d)

l-Anness 2 tar-Regolament bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli.”;

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar.

(4)

Wara l-Artikolu 22, jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

“KAPITOLU IIa

IMPORTAZZJONIJIET TA’ BLA KWOTA MINGĦAJR IL-PREŻENTAZZJONI TA’ LIĊENZJA TA’ L-IMPORTAZZJONI

Artikolu 22a

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal importazzjonijiet preferenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli.

2.   Il-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406 li joriġinaw mill-Iżvizzera huma eżentati mid-dazju fuq l-importazzjoni u mill-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.

3.   L-eżenzjoni tad-dazju għandha tkun applikata biss mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera akkumpanjata mill-evidenza ta’ l-oriġini maħruġa skond il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972.”

(5)

L-Artikolu 38 jitħassar.

(6)

Fl-Artikolu 40(1), it-tieni, it-tielet, u r-raba’ subparagrafi jitħassru.

(7)

Il-parti D ta’ l-Anness II titbiddel bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(8)

L-Anness III.A jitbiddel bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(9)

L-Anness IV huwa emendat bi qbil ma’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(10)

L-Anness V jitbiddel bit-test ta’ l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Fl-Anness VIII l-ewwel subparagrafu tal-punt 2 jitbiddel b’dan li ġej:

“Il-korpi tal-ħruġ IMA 1 jistgħu jikkanċellaw ċertifikat IMA 1 jew parti minnu għal kwantità koperta minnu li tkun inqerdet jew ma tibqax tajba għall-bejgħ f’ċirkostanzi li l-esportatur ma jkollux kontroll fuqhom. Meta parti mill-kwantità koperta b’ċertifikat IMA 1 tinqered jew ma tibqax tajba għall-bejgħ, jista’ jinħareġ ċertifikat sostitut għall-bqija tal-kwantità. Fil-każ tal-butir tan-New Zealand imsemmi fl-Anness III(A), il-lista oriġinali ta’ l-identifikazzjoni tal-prodott tintuża għal dan l-iskop. Iċ-ċertifikat sostitut ikun validu biss sa l-istess data bħal ta’ l-oriġinali. F’dan il-każ, il-kaxxa 17 taċ-ċertifikat sostitut IMA 1 għandu jkun fiha l-kliem ‘validu sal-00.00.0000.’”.

(12)

L-Anness X hu mibdul bit-test ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Fl-Anness XII id-dejta relatata man-New Zealand titbiddel b’dan li ġej:

“New Zealand

ex 0405 10 11

ex 0405 10 19

ex 0405 10 30

ex 0406 90 01

ex 0406 90 21

Butir

Butir

Butir

Ġobon għall-ipproċessar

Cheddar

New Zealand Food Safety Authority

Telecom Towers, 86

Jervois Quay,

PO Box 2835

Wellington

New Zealand

Tel. (64-4) 894 2500

Fax (64-4) 894 2501”

Artikolu 2

Fuq talba mill-partijiet interessati, il-garanziji ppreżentati għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jiġu rilaxxati skond il-kundizzjonijiet li ġejjien:

(a)

il-liċenzji jinħarġu għall-importazzjoni skond il-kwoti msemmija fil-Kapitolu Ia jew fil-liċenzji maħruġa għall-importazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406 li joriġinaw mill-Iiżvizzera;

(b)

il-validità tal-liċenzji ma skadietx qabel l-1 ta’ Jannar 2008;

(c)

il-liċenzji ntużaw parzjalment biss jew ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-Artikolu 33(1)(2) ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika mill-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008 għall-importazzjonijiet marbuta mas-sena ta’ kwota 2008.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2001/651/KE titħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, l-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1324/2007 (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 14).

(5)  ĠU L 114, 1.5.2007, p. 8.

(6)  ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(8)  Ara paġna 95 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(9)  Ara paġna 95 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(10)  ĠU L 229, 25.8.2001, p. 24. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/584/KE (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 41).


ANNESS I

“II.D

Dazju mnaqqas skond l-annessi 2 tal-ftehim bejn il-komunità ewropea u l-isvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Dazju doganali

(EUR/100 kg piż nett)

mill-1 ta’ Ġunju 2007

0402 29 11

ex 0404 90 83

Ħalib speċjali, għat-trabi (*), f’kontenituri ermetikament issiġillati, ta’ kontenut nett li ma jaqbiżx 500 g, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, li jeċċedi l-10 %

43,80


(*)  ‘Ħalib speċjali għat-trabi’ tfisser prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeni u li fihom anqas minn 10 000 batterji aerobiċi u anqas minn żewġ batterji koliformi kull gramma.”


ANNESS II

“ANNESS ΙII.A

Kwota tariffarja skond il-ftehimiet GATT/WHO speċifikati bil-pajjiż ta’ l-oriġini: butir tan-New Zealand

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Pajjiż ta’ oriġini

Kwota annwali mill-1 ta’ Jannar sat-31 ta’ Diċembru

(f’tunnellati)

Kwota massima ta’ nofs sena

(kwantità f’tunellati)

Kwota

Parti A

Numru tal-kwota

09,4195

Kwota

Parti B

Numru tal-kwota

09,4182

Dazju ta’ importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

Regoli għall-ikkompletar taċ-ċertifikati IMA 1

ex 0405 10 11

ex 0405 10 19

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li fih kollox u mhux interrott

New Zealand

74 693 tunnellata

Kwota ta’ nofs sena minn Jannar 2008 ‘il quddiem

37 346,5 tunnellata

20 540,5 tunnellata

16 806 tunnellata

70,00

Ara l-Anness IV”

ex 0405 10 30

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li fih kollox u mhux interrott li jista’ jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju fejn ix-xaħam tal-butir jiġi kkonċentrat u/jew iffrazzjonat (il-proċessi magħrufin bħala ‘Ammix’ u ‘Spreadable’)


ANNESS III

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu jitbiddel b’dan li ġej:

“VERIFIKA TAL-PIŻ U TAL-KONTENUT TAX-XAĦAM TAL-BUTIR LI JORIĠINA FIN-NEW ZEALAND IMPORTAT SKOND IT-TAQSIMA 2 TAL-KAPITOLU III TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2535/2001”;

(2)

Fil-Parti 1, il-punt (e) jitħassar.

(3)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 2.2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (e), it-tielet inċiż jitħassar;

(ii)

il-punt (i) jitbiddel b’dan li ġej:

“(i)

fil-kaxxa 13, mhux anqas minn 80 % iżda anqas minn 80 % xaħam”;

(b)

il-punt 2.3 jitħassar.

(4)

Il-Parti 4 hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 4.1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kampjuni doppji, li wieħed minnhom jinżamm f’kustodja sigura fil-każ ta’ tilwim.

Il-laboratorju li jwettaq it-testijiet għandu jkun awtorizzat minn Stat Membru biex jagħmel analiżi uffiċjali u jkun rikonoxxut minn dak l-Istat Membru li għandhom kompetenza biex japplikaw il-metodu msemmi hawn fuq, kif muri billi jitħares l-kriterju tar-repetizzjoni meta jkunu analizzati duplikati mistura u bis-sehem b’suċċess f’eżamijiet ta’ profiċjenza.”;

(b)

il-punt 4.2 jitħassar;

(c)

il-punt 4.3 jitbiddel b’dan li ġej:

“4.3.   Interpretazzoni tar-riżultati tal-verifiki medja aritmetika

(a)

Konformità mal-ħtiġiet tal-kontenut tax-xaħam titqies jekk il-medja aritmetika tar-riżultati tal-kampjun ma jaqbżux l-84.4 %.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

(b)

F’każ li r-rekwiżit ta’ nuqqas ta’ konformità skond (a) ma jintlaħaqx, il-lott kopert mid-dikjarazzjoni rilevanti ta’ l-importazzjoni u ċ-ċertifikat IMA 1 għandu jiġi importat skond l-Artikolu 36, ħlief fejn ir-riżultat ta’ l-analiżi tal-kampjuni dduplikati kif imsemmija skond il-punt 4.5 jikkonformaw mar-rekwiżiti.”;

(d)

il-punt 4.4 jitħassar;

(e)

il-punt 4.5 jitbiddel b’dan li ġej:

“4.5.   Riżultati kkontestati

L-importatur ikkonċernat jista’ jikkontesta r-riżultati ta’ l-analiżi miksuba minn laboratorju ta’ awtorità kompetenti fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi dawn ir-riżultati, u jidħol għall-ispejjeż ta’ l-eżami tal-kampjuni dduplikati. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu dupplikati ssiġillati tal-kampjuni analizzati mil-laboratorju tiegħu lit-tieni laboratorju. Dan it-tieni laboratorju jkun awtorizzat minn Stat Membru biex jagħmel analiżi uffiċjali u jkun rikonoxxut minn dak l-Istat Membru li għandhom kompetenza biex japplikaw il-metodu msemmi fil-punt 4.1, kif muri billi jitħarsu l-kriterji tar-repetizzjoni meta jkunu analizzati duplikati mistura u bis-sehem b’suċċess f’eżamijiet ta’ profiċjenza.

Dan it-tieni laboratorju għandu jikkomunika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti minnufih.

Is-sejbiet tat-tieni laboratorju jkunu finali.”;

(f)

il-punt 4.6 jitħassar.


ANNESS IV

“ANNESS V

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-kaxxa 7 titbiddel b’dan li ġej:

7.   
Marki, numri, numru u tip ta’ pakketti, deskrizzjoni dettaljata tal-NM u kodiċi tan-NM bi tmin numri tal-prodott preċedut b’“ex” u dettalji dwar il-forma tal-preżentazzjoni tagħha.

Ara l-lista ta’ identifikazzjoni tal-prodott mehmuża, referenza:

Kodiċi tan-NM ex 0405 10 – Butir, li jkollu ta’ l-anqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux anqas minn 80 %, imma anqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema:

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-fabbrika:

Id-data tal-manifattura:

Il-medja aritmetika tal-piż tat-tara tat-tkebbib fil-plastik:

(b)

Il-kaxxa 13 titbiddel b’dan li ġej:

13.   
Kontenut ta’ xaħam, bil-piż (%)