22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1563/2007

tal-21 ta’ Diċembru 2007

li jiftaħ kwoti tariffarji Komunitarji ta’ l-importazzjoni għas-sena 2008, għan-ngħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-ngħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Kwoti tariffarji Komunitarji għal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2008. Id-dazji u l-kwantitajiet li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 għandhom ikunu ffissati skond il-ftehimiet internazzjonali rispettivi fis-seħħ matul is-sena 2008.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (2) pprovda għal kwota tariffarja bilaterali addizzjonali ta’ l-2 000 tunnellata b’żieda ta’ 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta’ Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċilì u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2008.

(3)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi ta’ l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (4), jipprovdi għall-għotja ta’ kwota tariffarja annwali addizzjonali ta’ 500 tunnellata (f’piż ta’ karkassi) ta’ laħam tan-ngħaġ frisk, imkessaħ, iffriżat jew affumikat għall-Iżlanda. Għalhekk, il-kwantità disponibbli għall-Iżlanda għandha tiġi aġġustata skond dan.

(4)

Ċerti kwoti huma definiti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skond dan ir-Regolament għandhom ikunu mmexxija fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffisati għas-sena kalendarja 2008 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(5)

Jeħtieġ li tiġi ffissata ekwivalenza għal piż ta’ karkassi sabiex jiġi assigurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Komunità. Barra minn hekk, billi ċerti kwoti tariffarji jipprovdu għall-għażla ta’ importazzjoni jew ta’ annimali ħajjin jew tal-laħam tagħhom, huwa meħtieġ fattur għall-konverżjoni.

(6)

Kwoti għal prodotti tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż, għandhom, permezz ta’ deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż (5), jitħaddmu f’konformità ma’ l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001. Dan għandu jsir skond l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (6).

(7)

Il-kwoti tariffarji skond dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu minn sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jċedu r-rekwiżit tas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skond l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolarijiet tat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika.

(8)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta’ prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandhom jipprovdu l-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skond is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(9)

Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-ngħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn ngħaġ domestiċi jew minn ngħaġ oħra, li jiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova ta’ l-oriġini tikkjarifika dan.

(10)

Skond il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (7) u skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (8), l-importazzjonijiet jistgħu jkunu awtorizzati biss għal prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-proċeduri, regoli u verifiki tal-katina ta’ l-ikel fis-seħħ fil-Komunità.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għan-Ngħaġ u l-Mogħoż,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji Komunitarji ta’ l-importazzjoni għal ngħaġ, mogħoż, laħam tan-ngħaġ, u laħam tal-mogħoż għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi tan-NM, il-pajjiżi ta’ l-oriġini, elenkati skond il-grupp tal-pajjiż, u n-numri tas-serje jintwerew fl-Anness.

Artikolu 3

1.   Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għal piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, ser ikunu dawk stipulati fl-Anness.

2.   Għall-għan tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenza għal piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-ngħaġ u l-mogħoż irid jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a)

għal annimali ħajjin: 0,47;

(b)

għal ħaruf bla għadma u laħam tal-gidi bla għadma: 1,67;

(ċ)

għal laħam bla għadma tal-muntun, tan-ngħaġ u tal-mogħoż għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;

(d)

għal prodotti tal-laħam bil-għadma: 1,00.

“Gidi” jfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.

Artikolu 4

Bħala deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma japplikax. Ma hemmx bżonn ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Sabiex tibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, prova valida ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat flimkien ma’ dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ l-oġġetti kkonċernati, jridu jiġu ppreżentanti lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità.

L-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji barra dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi deteminata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità.

2.   Il-prova ta’ l-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova ta’ l-oriġini kif stipulata fil-ftehim;

(b)

Fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skond l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien ma’ l-elementi pprovduti f’dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

il-kodiċi tan-NM (ta’ lanqas l-ewwel erba’ figuri),

in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja konċernata,

il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif provdut fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

(ċ)

fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

Fejn il-prova ta’ l-oriġini msemmija fil-punt (b) hija preżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru tas-serje wieħed.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2005 (ĠU L 52, 25.2.2005, p. 6).

(3)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 29.

(4)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.

(5)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 272/2001 (ĠU L 41, 10.2.2001, p. 3).

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(7)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(8)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2006104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).


ANNESS

Laħam tan-ngħaġ u laħam tal-mogħoż (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi)

Kwoti tariffarji komunitarji għall-2008

Nru tal-Grupp tal-Pajjiż

Kodiċi tan-NM

Dazju “Ad valorem”

%

Dazju speċifiku

EUR/100 kg

Numru tas-serje skond “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Oriġini

Volum fis-Sena f’tunnellati ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0,47)

Bla għadma ħaruf (1)

(Koeffiċjent = 1,67)

Laħam tal-muntun/tan-ngħaġ bla għadma (2)

(Koeffiċjent = 1,81)

Karkassa u laħam bil-għadma

(Koeffiċjent = 1,00)

1

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

l-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

l-Awstralja

18 786

09.2109

09.2110

09.2013

in-New Zealand

227 854

09.2111

09.2112

09.2014

l-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

iċ-Ċilì

6 000

09.2121

09.2122

09.0781

in-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

il-Gżejjer Faroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

it-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (3)

200

2

0204 , 0210 99 21 , 0210 99 29 , 0210 99 60

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

l-Islanda

1 850

3

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10  %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U laħam tal-mogħoż barra dak tal-gidi.

(3)  “Oħrajn” tirreferi għall-oriġini kollha għajr il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.

(4)  “Erga omnes” tirreferi għall-oriġini kollha inkluż il-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.