21.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 337/75 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1549/2007
ta’ l-20 Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu;
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 taghha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) joffri, b’ċerti kundizzjonijiet, il-possibbiltà li proċessaturi japplikaw għal liċenzji ta’ l-importazzjoni. |
(2) |
Il-laħam tat-tjur immellaħ li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 0210 99 39 mhuwiex kopert bir-Regolament (KEE) Nru 2777/75. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-operaturi li tradizzjonalment jimportaw dan il-prodott jitħallew igawdu mill-kwota tariffarja speċifika għal-laħam tat-tjur immellaħ. |
(3) |
Fost il-kundizzjonijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 616/2007, hemm b’mod partikolari l-kundizzjoni li l-ipproċessar jeħtieġlu jkun sar abbażi ta’ laħam tat-tjur kopert bil-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, u li r-riżultati tiegħu jkunu preparati abbażi ta’ laħam tat-tjur kopert bil-kodiċijiet tan-NM 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75. |
(4) |
Ġaladarba r-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ma jkoprix il-preparati omoġenizzati tal-kodiċi tan-NM 1602 10, u filwaqt li ċerti operaturi speċjalizzati f’dan it-tip ta’ pproċessar urew l-interess tagħhom li jieħdu sehem fi kwoti tariffarji koperti bir-Regolament (KE) Nru 616/2007, jeħtieġ li jiġi provdut li dawn il-prodotti għall-ipproċessar ikunu inklużi, filwaqt li madankollu dan ikun limitat biss għall-prodotti omoġenizzati li ma jkun fihom l-ebda laħam ħlief dak tat-tjur. |
(5) |
L-esperjenza turi li l-kwantitajiet disponibbli għall-gruppi 6 u 8 ma jiġux utilizzati. Raġuni waħda għal din l-utilizzazzjoni baxxa tinsab fil-fatt li l-kwantità minima li operatur ikun jista’ japplika għaliha, ffissata bir-Regolament għal 100 tunnellata, hija kbira wisq, minħabba li ta’ spiss ikunu kkonċernati swieq “niċċa”. |
(6) |
Jeħtieġ għalhekk li titnaqqas il-kwantità minima li l-operaturi jistgħu japplikaw għaliha għal dawn il-gruppi speċifiċi. |
(7) |
L-Istati Membri joħorġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni lill-operaturi aktar minn xahrejn qabel il-bidu tas-subperjodu jew il-perjodu kkonċernat, u għaldaqstant aktar minn xahrejn qabel il-perjodu tal-validità tagħhom. Iż-żmien bejn il-ħruġ u l-possibbiltà li timporta b’dawn il-liċenzji huwa partikolarment twil. |
(8) |
Biex jiġi evitat li wħud minn dawn il-liċenzji ma jintużawx f’importazzjonijiet qabel il-perjodu ta’ validità tagħhom, jeħtieġ li jkun impost li l-bidu tal-perjodu ta’ validità jitniżżel fuq il-liċenzji ta’ l-importazzjoni. |
(9) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 616/2007 jiġi emendat skond dan. |
(10) |
Il-miżuri stabbiliti b’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, x’ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 msemmi, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti li jkunu jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jew ta’ laħam tat-tjur immellaħ kopert bil-kodiċi tan-NM 0210 99 39.” |
2. |
L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) għandu jinbidel bit-test li ġej: “2. B’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kif ukoll mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, x’ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, jista’ wkoll jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ikun ipproċessa talanqas 1 000 tunnellata ta’ laħam tat-tjur li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, fi preparati abbażi ta’ laħam tat-tjur koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jew fi preparati omoġenizzati koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 10 00 li ma jkun fihom l-ebda laħam għajr dak tat-tjur.” |
3. |
Fl-Artikolu 4(5), it-tieni inċiż għandu jinbidel bit-test li ġej: “Għall-gruppi 3, 6 u 8, il-kwantità minima li jeħtiġilha tkopri l-applikazzjoni għal liċenzja għandha titnaqqas għal 10 tunnellati.” |
4. |
L-Anness II.B għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.
ANNESS
“B. |
Referenzi msemmija fl-Artikolu 4(7), it-tieni inċiż:
|