21.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 337/67 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1545/2007
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li jiffissa l-kwantità komplimentarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistipula li, matul is-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, u sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji Komunitarji, id-dazji fuq l-importazzjoni fuq kwantità komplementarja ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġinaw fl-Istati msemmija fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu sospiżi. |
(2) |
Dik il-kwantità komplementarja għandha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti tas-settur taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali [traduzzjoni mhux uffiċjali] (2), fuq bażi ta’ previżjoni Komunitarja ta’ bilanċ ta’ provvista għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat. Għas-sena kummerċjali 2007/2008, il-bilanċ jindika l-ħtieġa għall-importazzjoni ta’ kwantità komplementarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ provvista tar-raffineriji Komunitarji. |
(3) |
Biex ikun żgurat li r-raffineriji fi ħdan il-Komunità jkollhom provvista suffiċjenti ta’ zokkor għall-bżonnijiet ta’ provvista tradizzjonali tagħhom, il-kwantità komplementarja għandha tkun allokata bejn il-pajjiżi terzi ikkonċernati b'tali mod li kunsinna sħiħa tkun żgurata. Għall-Indja, huwa kkunsidrat xieraq li tinżamm il-kwantità inizjali ta’ 10 000 tunnellata. Rigward il-bqija tal-bżonn ta’ provvista, kwantità globali għandha tiġi stabbilita għall-Istati AKP, li flimkien impenjaw ruħhom li jimplimentaw huma stess proċeduri għall-allokazzjoni tal-kwanititajiet sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008, il-kwantità komplementarja taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat lest għar-raffinar li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 11 10, kif imsemmija fl-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, għandha tkun:
(a) |
70 000 tunnellata espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Istati elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 minbarra l-Indja; |
(b) |
10 000 tunnellata espressi f'ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Indja. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).