|
21.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 337/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1544/2007
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2707/2000 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola f’ċerti stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna għall-ħalib mogħti lill-istudenti fi stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni, irrispettivament mill-kontenut ta’ xaħam fih, u jistipula l-adattament tal-livell ta’ għajnuna għal prodotti oħra eliġibbli. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2707/2000 (2) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2707/2000 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. L-Istati Membri jistgħu jħallsu l-għajnuna għall-prodotti eliġibbli li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness I. 2. Fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut, il-ħalib bit-togħma taċ-ċikkulata jew ta’ xorta oħra jista’ jkun ħalib rikostitwit. 3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żieda ta’ massimu ta’ 5 mg ta’ fluworin għal kull kilogramma mal-prodotti tal-kategorija I. 4. Għandha tingħata għajnuna biss fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament jekk il-prodotti huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), u b’mod partikolari mar-rekwiżiti ta’ preparazzjoni fi stabbiliment approvat u mar-rekwiżiti ta’ mmarkar ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004. (*1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; kif ikoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3." (*2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; kif ikoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”;" |
|
2) |
L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Ir-rati ta’ għajnuna jinsabu fl-Anness II.”; |
|
3) |
L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Għall-prodotti tal-kategoriji II sa VI li jinsabu fl-Anness 1 il-kalkolu għandu jsir skond dawn l-ekwivalenzi:
|
|
4) |
L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.
(2) ĠU L 311, 12.12.2000, p. 37. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 704/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 31).
ANNESS
“L-ANNESS I
IL-LISTA TAL-PRODOTTI ELIĠIBBLI GĦALL-GĦAJNUNA KOMUNITARJA
Il-Kategorija I
|
(a) |
ħalib ittrattat bis-sħana |
|
(b) |
ħalib ittrattat bis-sħana bit-togħma taċ-ċikkulata jew ta’ xorta oħra, li jkun fih mill-anqas 90 % bħala piż tal-ħalib imsemmi f’(a) |
|
(ċ) |
Jogurt jew piimä/filmjölk jew piimä/fil ipproċessati mill-ħalib imsemmi f’(a) |
Il-Kategorija II
Ġobnijiet mhux imħawra (1) friski u pproċessati b’kontenut ta’ xaħam bħala piż ta’ materjal niexef ta’ mill-anqas 40 %
Il-Kategorija III
Ġobnijiet oħra minbarra dawk friski u pproċessati, b’kontenut ta’ xaħam bħala piż ta’ materjal niexef ta’ mill-anqas 45 %.
Il-Kategorija IV
Ġobon Grana Padano.
Il-Kategorija V
Ġobon Parmigiano-Reggiano
Il-Kategorija VI
Ġobon Halloumi
“L-ANNESS II
Rati ta’ għajnuna
|
(a) |
EUR 18,15/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I |
|
(b) |
EUR 54,45/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II |
|
(c) |
EUR 138,85/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III |
|
(d) |
EUR 154,28/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV |
|
(e) |
EUR 169,70/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V |
|
(f) |
EUR 136,13/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI |
(1) Għall-għanijiet ta’ din il-kategorija, ġobon mhux imħawwar għandu jfisser ġobon derivat esklussivament mill-ħalib, bil-ftehim li s-sustanzi meħtieġa għall-manifattura tiegħu jistgħu jiġu miżjuda, basta dawn is-sustanzi ma jiġux użati biex jieħdu post, b’mod parzjali jew totali ta’ xi kostitwent tal-ħalib.